+Artikolu 273 Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
---+Artikolu 273 1.
---+Artikolu 273 2.
---+Artikolu 273 3.
---+Artikolu 273 4.
---+Artikolu 273 5.
---+Artikolu 273 6.
---+Artikolu 273 7.
---+Artikolu 273 8.
---+Artikolu 273 9.
|
Artikolu 273 Metodi għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 273 1.
|
►M17
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness II u d-derivattivi ta' kreditu, bl-eċċezzjoni tad-derivattivi ta' kreditu msemmija fil-paragrafi 3 u 5 ta' dan l-Artikolu, abbażi ta' wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 f'konformità ma' dan l-Artikolu. ◄
Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4. Istituzzjoni li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(2) ma għandhiex tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5. L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti fi grupp. Istituzzjoni waħda ma għandhiex tuża f'kombinazzjoni l-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 fuq bażi permanenti.
|
|
Artikolu 273 2.
|
Meta jkollha permess mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283(1) u (2), istituzzjoni tista’ tiddetermina l-valur tal-iskopertura għall-elementi li ġejjin permezz tal-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6:
(a)
il-kuntratti elenkati fl-Anness II;
(b)
transazzjonijiet ta’ riakkwist;
(c)
transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti;
(d)
transazzjonijiet ta’ self b'marġni;
(e)
transazzjonijiet ta' saldu fit-tul.
|
|
Artikolu 273 3.
|
Fejn l-istituzzjoni tixtri protezzjoni permezz ta’ derivat tal-kreditu kontra skopertura tal-portafoll mhux tan-negozjar jew kontra skopertura għar-riskju ta’ kontraparti, tista’ tikkalkula r-rekwiżit tal-fondi proprji tagħha għall-iskopertura ħħeġġjata skont wieħed minn dawn li ġejjin:
▼M17
(b)
f'konformità mal-Artikolu 183, fejn ikun ingħata permess f'konformità mal-Artikolu 143.
▼B
Il-valur tal-iskopertura għas-CCR għal dawk id-derivati tal-kreditugħandu jkun żero, sakemm l-istituzzjoni ma tapplikax l-approċċ (ii) fil-punt (h) tal-Artikolu 299(2).
|
|
Artikolu 273 4.
|
Minkejja l-paragrafu 3, istituzzjoni tista’ tagħżel li għall-finijiet ta’ kalkolu tar-rekwiżi tal-fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti tinkludi b’mod konsistenti d-derivati tal-kreditu kollha mhux inklużi fil-portafoll tan-negozjar u mixtrija bħala protezzjoni kontra skopertura fil-portafoll mhux tan-negozjar jew kontra skopertura għar-riskju tal-kreditu ta' kontraparti fejn il-protezzjoni tal-kreditu hija rikonoxxuta skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 273 5.
|
Fejn swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu mibjugħa mill-istituzzjoni huma ttrattati minn istituzzjoni bħala l-protezzjoni tal-kreditu provduta minn dik l-istituzzjoni u huma soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu tas-sottostanti għall-ammont nozzjonali sħiħ, il-valur tal-iskopertura tagħhom għall-finijiet tas-CCR fil-portafoll mhux tan-negozjar għandu jkun żero.
|
|
Artikolu 273 6.
|
Skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6, il-valur tal-iskopertura għal kontroparti partikolari għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-iskoperturi ikkalkulata għal kull sett ta' netting ma' dik il-kontraparti. B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn ftehim ta' marġni wieħed japplika għal settijiet tan-netting multipli ma' dik il-kontroparti u l-istituzzjoni qiegħda tuża wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 biex tikkalkula l-valur tal-iskopertura ta' dawk is-settijiet tan-netting, il-valur tal-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima rilevanti. Għal kontroparti partikolari, il-valur tal-iskopertura għal sett tan-netting partikolari ta' strumenti derivattivi OTC elenkati fl-Anness II kkalkulat skont dan il-Kapitolu għandu jkun l-akbar minn żero u d-differenza bejn is-somma tal-valuri tal-iskoperturi fis-settijiet kollha tan-netting mal-kontroparti u s-somma tal-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għal dik il-kontroparti rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala tnaqqis fil-valur imġarrab. L-aġġustamenti fil-valwazzjoni tal-kreditu għandhom jiġu kkalkulati mingħajr ma jitqies ebda aġġustament tal-valwazzjoni tad-debitu ta' tpaċija attribwit għar-riskju tal-kreditu proprju tad-ditta li tkun diġà ġiet eskluża mill-fondi proprji skont il-punt (c) tal-Artikolu 33(1).
|
|
Artikolu 273 7.
|
Fil-kalkolu tal-valur tal-iskopertura skont il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3, 4 u 5, l-istituzzjonijiet jistgħu jittrattaw żewġ kuntratti derivattivi OTC inklużi fl-istess ftehim tan-netting li jaqblu perfettament bħallikieku kienu kuntratt wieħed bi prinċipju nozzjonali ugwali għal żero. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, żewġ kuntratti tad-derivattivi OTC jaqblu perfettament meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-pożizzjonijiet ta' riskju tagħhom huma opposti;
(b)
il-karatteristiċi tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data tan-negozju, huma l-istess;
(c)
il-flussi tal-flus tagħhom ipaċu kompletament lil xulxin.
|
|
Artikolu 273 8.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura għall-iskoperturi li ġejjin minn tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, irrispettivament minn liema metodu tkun għażlet l-istituzzjoni għat-trattament ta' derivattivi OTC u tranżazzjonijiet ta' riakkwist, tranżazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet ta' self b'marġni. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal tranżazzjonijiet ta' saldu fit-tul, istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 3 tista' tassenja l-ponderazzjonijiet tar-riskju skont l-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 2 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-materjalità ta' dawk il-pożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 273 9.
|
Għall-metodi mniżżla fit-Taqsimiet 3 sa 6 ta' dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw bħala adatti, it-tranżazzjonijiet fejn ikun ġie identifikat riskju speċifiku ta' korrelazzjoni ħażina (wrong-way risk) skont l-Artikolu 291(2), (4), (5) u (6).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|