+Artikolu 273a Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
---+Artikolu 273a 1.
---+Artikolu 273a 2.
---+Artikolu 273a 3.
---+Artikolu 273a 4.
---+Artikolu 273a 5.
---+Artikolu 273a 6.
|
Artikolu 273a Kondizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 273a 1.
|
Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħha skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 4, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli ta' limitu li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
(a)
10 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
|
|
Artikolu 273a 2.
|
Istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi skont il-metodu stabbilit fit-Taqsima 5, sakemm id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta tal-bilanċ tiegħu huwa daqs jew anqas miż-żewġ livelli limiti li ġejjin abbażi ta' valutazzjoni mwettqa fuq bażi ta' kull xahar permezz tad-data sal-aħħar jum tax-xahar:
(a)
5 % tat-total ta' assi tal-istituzzjoni;
|
|
Artikolu 273a 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-pożizzjonijiet fid-derivattivi għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;
▼M17
(b)
il-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata;
▼M8
(c)
il-pożizzjonijiet kollha fid-derivattivi jkunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, it-tifsira ta' pożizzjonijiet twal u qosra hija l-istess bħal dik stabbilita fl-Artikolu 94(3). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (c).
|
|
Artikolu 273a 4.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, meta n-negozju tad-derivattivi fuq bażi konsolidata ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2, kif applikabbli, istituzzjoni li tkun inkluża fil-konsolidazzjoni u li jkollha tapplika l-metodu stabbilit fit-Taqsima 3 jew 4, minħabba li taqbeż dawk il-limiti fuq bażi individwali, tista', soġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, minflok tagħżel li tapplika l-metodu li jkun japplika fuq bażi konsolidata.
|
|
Artikolu 273a 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-metodi stabbiliti fit-Taqsimiet 4 jew 5 li jużaw, jew li jieqfu jużaw, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tagħhom.
|
|
Artikolu 273a 6.
|
L-istituzzjonijiet ma għandhomx jidħlu fi tranżazzjoni ta' derivattiva jew jixtru jew ibiegħu strument derivattiv bl-unika skop li jikkonformaw ma' waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 matul il-valutazzjoni ta' kull xahar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|