+Artikolu 273a 3.

Artikolu 273a 3.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw id-daqs tan-negozju ta' derivattiv fil-karta tal-bilanċ u barra l-karta bilanċ tagħhom abbażi tad-data sal-aħħar jum ta' kull xahar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-pożizzjonijiet fid-derivattivi għandhom jiġu stmati bil-valuri tas-suq tagħhom f'dik id-data partikolari; meta l-valur tas-suq ta' pożizzjoni ma jkunx disponibbli f'data partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur ġust tas-suq għal dik il-pożizzjoni f'dik id-data; meta l-valur tas-suq u l-valur ġust ta' pożizzjoni ma jkunux disponibbli f'dik id-data, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu l-valur tas-suq jew il-valur ġust l-iktar reċenti għal dik il-pożizzjoni;

▼M17

(b) 

il-valur assolut tal-pożizzjoni twila aggregata għandu jingħadd mal-valur assolut tal-pożizzjoni qasira aggregata;

▼M8

(c) 

il-pożizzjonijiet kollha fid-derivattivi jkunu inklużi, minbarra d-derivattivi ta' kreditu li huma rikonoxxuti bħala ħħeġġjar intern kontra l-iskoperturi għar-riskju ta' kreditu fil-portafoll mhux tan-negozjar.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, it-tifsira ta' pożizzjonijiet twal u qosra hija l-istess bħal dik stabbilita fl-Artikolu 94(3).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-valur tal-pożizzjoni twila (qasira) aggregata għandu jkun daqs is-somma tal-valuri tal-pożizzjonijiet individwali twal (qosra) inklużi fil-kalkolu f'konformità mal-punt (c).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit