+Artikolu 273b Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi u l-approċċ simplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA
---+Artikolu 273b 1.
---+Artikolu 273b 2.
---+Artikolu 273b 3.

Artikolu 273b Nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet għall-użu ta' metodi simplifikati għall-kalkolu tal-valur tal-iskopertura ta' derivattivi u l-approċċ simplifikat għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 273b 1.
Istituzzjoni li ma tibqax tissodisfa xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2) għandha tinnotifika mill-ewwel lill-awtorità kompetenti dwar dan.
Artikolu 273b 2.

►M17  L-istituzzjonijiet għandhom jieqfu jikkalkulaw il-valuri tal-iskoperturi għal pożizzjonijiet tad-derivattivi tagħhom f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5 u jieqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 385, kif applikabbli, fi żmien tliet xhur minn meta sseħħ sitwazzjoni minn dawn li ġejjin: ◄

(a) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal tliet xhur konsekuttivi;

(b) 

l-istituzzjoni ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 273a(1) jew (2), kif applikabbli, għal aktar minn sitt xhur mit-12-il xahar ta' qabel.

Artikolu 273b 3.
L-istituzzjonijiet li jkunu waqfu jikkalkulaw il-valuri tal-iskoperturi għal pożizzjonijiet tad-derivattivi tagħhom f'konformità mat-Taqsima 4 jew 5 u waqfu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 385, kif ikun applikabbli, għandhom jitħallew jerġgħu jibdew jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura tal-pożizzjonijiet tad-derivattivi tagħhom biss kif stabbilit fit-Taqsima 4 jew 5 u r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA f'konformità mal-Artikolu 385 meta juru lill-awtorità kompetenti li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 273a(1) jew (2), ikunu ġew issodisfati għal perjodu mhux interrott ta' sena.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit