+Artikolu 274 Valur tal-iskopertura
---+Artikolu 274 1.
---+Artikolu 274 2.
---+Artikolu 274 3.
---+Artikolu 274 4.
---+Artikolu 274 5.
---+Artikolu 274 6.
---+Artikolu 274 7.

Artikolu 274 Valur tal-iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 274 1.

Istituzzjoni tista' tikkalkula valur tal-iskopertura uniku fil-livell tas-sett tan-netting għat-tranżazzjonijiet kollha koperti minn ftehim ta' netting kuntrattwali meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-ftehim ta' netting jappartjeni għal wieħed mit-tipi ta' ftehimiet ta' netting kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 295;

(b) 

il-ftehim ta' netting ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 296;

(c) 

l-istituzzjoni ssodisfat l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 297 fir-rigward tal-ftehim ta' netting.

Meta xi waħda mill-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma tiġix issodisfata, l-istituzzjoni għandha tittratta kull tranżazzjoni bħallikieku kienet sett tan-netting tagħha stess.

Artikolu 274 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting skont l-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ġej:

Valur tal-iskopertura = α · (RC + PFE)
fejn:

RC

=

l-ispiża tas-sostituzzjoni kkalkulata skont l-Artikolu 275; u

PFE

=

l-iskopertura futura potenzjali kkalkulata skont l-Artikolu 278;

α

=

1,4.

Artikolu 274 3.
Il-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting li hu soġġett għal ftehim ta' marġni kuntrattwali għandu jiġi limitat għall-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting li ma hu soġġett għall-ebda forma ta' ftehim ta' marġni.
Artikolu 274 4.

Meta japplikaw ftehimiet dwar il-marġni multipli għall-istess sett ta' netting, jew l-istess sett ta' netting jinkludi kemm tranżazzjonijiet soġġetti għal ftehim dwar il-marġni kif ukoll tranżazzjonijiet mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni, istituzzjoni għandha tikkalkula l-valur tal-iskopertura tagħha kif ġej:

(a) 

l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi s-settijiet ta' subnetting ipotetiku kkonċernati, magħmula minn tranżazzjonijiet inklużi fis-sett ta' netting, kif ġej:

(i) 

it-tranżazzjonijiet kollha soġġetti għal ftehim dwar il-marġni u għall-istess perjodu ta' riskju ta' marġni kif iddeterminat f'konformità mal-Artikolu 285(2) sa (5), għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta' subnetting;

(ii) 

it-tranżazzjonijiet kollha mhux soġġetti għal ftehim dwar il-marġni għandhom jiġu allokati għall-istess sett ta' subnetting, distint mis-settijiet ta' subnetting stabbiliti f'konformità mal-punt (i) ta' dan il-paragrafu;

(b) 

l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-ispiża tas-sostituzzjoni tas-sett ta' netting f'konformità mal-Artikolu 275(2), b'kont meħud tat-tranżazzjonijiet kollha fis-sett ta' netting, soġġetti għal ftehim dwar il-marġni jew le, u tapplika dan kollu li ġej:

(i) 

CMV għandu jiġi kkalkulat għat-tranżazzjonijiet kollha f'sett ta' netting gross minn kwalunkwe kollateral miżmum jew ippreżentat meta l-valuri tas-suq pożittivi u negattivi jiġu kkalkulati b'mod nett sabiex jinħadem is-CMV;

(ii) 

NICA, VM, TH, u MTA, fejn applikabbli, għandha tiġi kkalkulata separatament bħala s-somma tal-inputs kollha applikabbli għal kull ftehim dwar il-marġni individwali tas-sett ta' netting;

(c) 

l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-iskopertura futura potenzjali tas-sett ta' netting imsemmi fl-Artikolu 278 billi tapplika dan kollu li ġej:

(i) 

il-moltiplikatur imsemmi fl-Artikolu 278(1) għandu jkun ibbażat fuq l-inputs CMV, NICA u VM, kif applikabbli, f'konformità mal-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(ii) 

imagegħandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 278, separatament għal kull sett ta' subnetting ipotetiku msemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

Artikolu 274 5.

L-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-valur tal-iskopertura ta' sett tan-netting għal żero biex b'hekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

is-sett tan-netting huwa magħmul biss minn opzjonijiet mibjugħa;

(b) 

il-valur tas-suq kurrenti tas-sett tan-netting huwa dejjem negattiv;

(c) 

il-premium tal-opzjonijiet kollha inklużi fis-sett tan-netting ġie riċevut bil-quddiem mill-istituzzjoni biex tiġi ggarantita l-eżekuzzjoni tal-kuntratti;

(d) 

is-sett tan-netting ma hu soġġett għal ebda ftehim ta' marġni.

Artikolu 274 6.
F'sett tan-netting, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu tranżazzjoni li hija kombinazzjoni lineari definita ta' opzjonijiet ta' call jew ta' put mixtrija jew mibjugħa bl-opzjonijiet uniċi kollha li jiffurmaw dik il-kombinazzjoni lineari, meħuda bħala tranżazzjoni individwali, għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura tas-sett tan-netting skont din it-Taqsima. Kull tali kombinazzjoni ta' opzjonijiet għandha tiġi trattata bħala tranżazzjoni individwali fis-sett tan-netting li fih hija inkluża l-kombinazzjoni għall-fini li jiġi kkalkulat il-valur tal-iskopertura.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu dritt diġitali vanilla li l-eżerċitar tiegħu jkun daqs K bil-kombinazzjoni tal-collar rilevanti ta' żewġ drittijiet ta' xiri u put vanilla mibjugħin u mixtrijin li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

iż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar ikollhom:

(i) 

l-istess data ta' skadenza u l-istess prezz spot jew forward tal-istrument sottostanti bħad-dritt diġitali vanilla;

(ii) 

eżerċitar ugwali għal 0,95 ·K u 1,05 ·K rispettivament;

(b) 

il-kombinazzjoni tal-collar tirreplika eżattament il-gwadann tad-dritt diġitali vanilla li jirriżulta barra mill-medda bejn l-ewwel u t-tieni eżerċitar imsemmija fil-punt (a);

Il-pożizzjoni tar-riskju taż-żewġ drittijiet tal-kombinazzjoni tal-collar imsemmija fit-tieni subparagrafu għandha tiġi kkalkulata separatament f'konformità mal-Artikolu 279.

Artikolu 274 7.
Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjoni ta' derivattivi tal-kreditu jirrappreżenta pożizzjoni twila fis-sottostanti jista' jkun limitat għall-ammont tal-premium pendenti mhux imħallas dment li jkun ttrattat bħala s-sett tan-netting tiegħu stess li mhuwiex soġġett għal ftehim ta' marġni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit