+Artikolu 277 Klassifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju
---+Artikolu 277 1.
---+Artikolu 277 2.
---+Artikolu 277 3.
---+Artikolu 277 4.
---+Artikolu 277 5.
|
Artikolu 277 Klassifikazzjoni ta' tranżazzjonijiet għall-kategoriji ta' riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 277 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting għal waħda mill-kategoriji ta' riskju li ġejjin biex jiddeterminaw l-iskopertura futura potenzjali tas-sett tan-netting imsemmi fl-Artikolu 278:
(a)
riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
|
|
Artikolu 277 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-klassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni ta' derivattiv. Il-motivatur tar-riskju primarju għandu jkun l-unika motivatur tar-riskju materjali ta' tranżazzjoni ta' derivattivi.
|
|
Artikolu 277 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjonijiet derivattivi li għandhom iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed għal iktar minn kategorija tar-riskju waħda. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali kollha ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għall-istess kategorija ta' riskju, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu rikjesti biss jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal dik il-kategorija tar-riskju abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom. Meta l-motivaturi tar-riskju materjali ta' waħda minn dawk it-tranżazzjonijiet jappartjenu għal kategoriji ta' riskju differenti, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw dik it-tranżazzjoni darba għal kull kategorija tar-riskju għal liema t-tranżazzjoni għandha tal-inqas motivatur tar-riskju materjali wieħed, abbażi tal-iktar motivatur tar-riskju materjali f'dik il-kategorija tar-riskju.
|
|
Artikolu 277 4.
|
Minkejja l-paragrafi 1, 2 u 3, meta t-tranżazzjonijiet jiġu kklassifikati għall-kategoriji tar-riskju elenkati fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-inflazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax;
(b)
meta l-motivatur tar-riskju primarju ta' tranżazzjoni, jew l-aktar motivatur tar-riskju materjali f'kategorija tar-riskju speċifika għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, huwa varjabbli tal-kondizzjonijiet klimatiċi, l-istituzzjonijiet għandhom jikklassifikaw it-tranżazzjoni għall-kategorija tar-riskju tal-komoditajiet.
|
|
Artikolu 277 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'motivatur tar-riskju materjali wieħed biss;
(b)
il-metodu biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet b'iktar minn motivatur tar-riskju materjali wieħed u biex jiġi identifikat l-iktar motivatur tar-riskju materjali minnhom għall-finijiet tal-paragrafu 3.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|