Artikolu 279
Kalkolu tal-pożizzjoni ta' riskju
Għall-fini ta' kalkolu tas-supplimenti tal-kategorija ta' riskju msemmija fl-Artikoli 280a sa 280f, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjoni ta' riskju ta' kull tranżazzjoni ta' sett tan-netting kif ġej:
Pożizzjoni ta' riskju = δ * AdjNot * MF
fejn:
|
δ
|
=
|
id-delta ta' superviżjoni tat-tranżazzjoni kkalkulata skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279a;
|
|
AdjNot
|
=
|
l-ammont nozzjonali aġġustat tat-tranżazzjoni kkalkulat skont l-Artikolu 279b; u
|
|
MF
|
=
|
il-fattur ta' maturità tat-tranżazzjoni kkalkulat skont il-formula stabbilita fl-Artikolu 279c.
|