+Artikolu 285 Valur tal-iskopertura għas-settijiet tan-netting soġġetti għal ftehim dwar il-marġni
---+Artikolu 285 1.
---+Artikolu 285 2.
---+Artikolu 285 3.
---+Artikolu 285 4.
---+Artikolu 285 5.
---+Artikolu 285 6.
---+Artikolu 285 7.
---+Artikolu 285 7a.
---+Artikolu 285 8.
|
Artikolu 285 Valur tal-iskopertura għas-settijiet tan-netting soġġetti għal ftehim dwar il-marġni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 285 1.
|
Jekk is-sett ta' netting huwa soġġett għal ftehim dwar il-marġni u valutazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-EPE Effettiva kif stipulat f'dan il-paragrafu. Jekk il-mudell jaqbad l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista', soġġett għall-permess tal-awtorità kompetenti, tuża l-miżura tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 284(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell jaqbad b'mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE. Istituzzjoni li ma rċevietx tali permess għandha tuża waħda mill-miżuri tal-EPE Effettiva li ġejjin:
(a)
EPE Effettiva, ikkalkulata mingħajr ma jitqies l-ebda kollateral miżmum jew depożitat bħala marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentement mill-proċess ta' valutazzjoni u marġinazzjoni ta' kuljum jew l-iskopertura attwali;
(b)
EPE Effettiva, ikkalkulata bħala ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perijodu b'riskju ta' marġni, flimkien mal-ikbar fost:
(i)
l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral eżerċitat jew ikkontestat;
(ii)
l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim dwar il-marġni, li ma jattivax sejħa għal kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali taħt il-ftehim dwar il-marġni.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw iż-żieda bħala l-varjazzjoni pożittiva mistennija tal-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-transazzjonijiet matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Varjazzjonijiet fil-valur tal-kollateral għandhom jiġu riflessi
►C2
bl-użu tal-Approċċ ta' Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 jew ◄ l-istimi proprji tal-aġġustamenti għall-volatilità tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, iżda l-ebda pagament ta’ kollateral ma għandu jiġi preżunt matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Il-perijodu b'riskju ta' marġni huwa soġġett għall-perijodi minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.
|
|
Artikolu 285 2.
|
Għal transazzjonijiet soġġetti għal aġġustament ta’ kuljum tal-marġni u tal-valutazzjoni skont il-valur fis-suq, il-perijodu b'riskju ta' marġni użat għall-iskop tal-immuddellar tal-valur tal-iskopertura bi ftehimiet dwar il-marġni ma għandux ikun inqas minn:
(a)
5 ġranet ta’ xogħol għas-settijiet ta’ netting li jikkonsistu biss fi transazzjonijiet ta’ riakkwist, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b’self ta' titoli jew prodotti u transazzjonijiet ta’ għoti ta' self b'marġni;
(b)
10 ġranet ta’ xogħol għas-settijiet ta’ netting l-oħra kollha.
|
|
Artikolu 285 3.
|
Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)
għas-settijiet ta’ netting kollha fejn l-għadd ta' transazzjonijiet jaqbeż il-5 000 fi kwalunkwe punt matul trimestru, il-perijodu b'riskju ta' marġni għat-trimestru ta’ wara ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-iskoperturi kummerċjali tal-istituzzjonijiet;
(b)
għal settijiet ta' netting li fihom transazzjoni waħda jew aktar li jinvolvu jew kollateral illikwidu, jew derivat OTC li ma jistax jiġi sostitwit faċilment, il-perijodu b'riskju ta' marġni ma għandux ikun inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol.
Istituzzjoni għandha tiddetermina jekk kollateral huwiex illikwidu jew jekk id-derivati OTC jistgħux jiġu sostitwiti faċilment fil-kuntest ta’ kondizzjonijiet tas-suq taħt kriżi, karatterizzati mill-assenza tas-swieq kontinwament attivi fejn kontroparti, fi żmien jumejn jew inqas, tikseb diversi kwoti tal-prezz li ma jċaqalqux is-suq jew jirrappreżentaw prezz li jirrefletti skont tas-suq (fil-każ ta’ kollateral) jew primjum (fil-każ ta’ derivat OTC). Istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk it-transazzjonijiet jew it-titoli li żżomm bħala kollateral humiex konċentrati f’kontroparti partikolari u f'każ li dik il-kontroparti toħroġ mis-suq b’mod preċipituż, jekk l-istituzzjoni tkunx tista’ tissotitwixxi dawk it-transazzjonijiet jew titoli.
|
|
Artikolu 285 4.
|
Jekk istituzzjoni kienet involuta f’aktar minn żewġ kontestazzjonijiet ta’ sejħiet għall-manutenzjoni tal-marġni dwar sett ta’ netting partikolari matul iż-żewġ trimestri immedjatament preċedenti li damu aktar mill-perijodu b'riskju ta' marġni skont il-paragrafi 2 u 3, l-istituzzjoni għandha tuża perijodu b'riskju ta' marġni li huwa mill-inqas id-doppju tal-perijodu speċifikat fil-paragrafi 2 u 3 għal dak is-sett ta’ netting għaż-żewġ trimestri sussegwenti.
|
|
Artikolu 285 5.
|
Għall-aġġustament tal-marġni b’perijodiċità ta’ N ġranet, il-perijodu b'riskju ta' marġni għandu jkun mill-inqas daqs il-perijodu speċifikat fil-paragrafi 2 u 3, F, miżjud b’N ġranet imnaqqas b’ġurnata waħda. Jiġifieri:
|
|
Artikolu 285 6.
|
Jekk il-mudell intern jinkludi l-effett tal-marġinazzjoni f’varjazzjonijiet fil-valur tas-suq tas-sett ta’ netting, l-istituzzjoni għandha timmudella l-kollateral, għajr il-flus fl-istess munita bħall-iskopertura stess, b’mod konġunt mal-iskopertura fil-kalkoli tagħha tal-valur tal-iskopertura għad-derivati OTC u t-transazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli.
|
|
Artikolu 285 7.
|
Jekk istituzzjoni ma tistax timmudella l-kollateral b'mod konġunt mal-iskopertura, ma għandhiex tirrikonoxxi l-effett tal-kollateral fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura tagħha għad-derivattivi OTC, għajr il-flus fl-istess munita bħall-iskopertura stess, sakemm l-istituzzjoni ma tużax l-aġġustamenti għall-volatilità skont l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità standard f'konformità mal-Kapitolu 4.
|
|
Artikolu 285 7a.
|
Jekk istituzzjoni ma tkunx tista' timmudella kollateral b'mod konġunt mal-iskopertura, hija ma għandhiex tirrikonoxxi fil-kalkoli tal-valur tal-iskopertura tagħha għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli l-effett ta' kollateral għajr flus kontanti tal-istess munita bħall-iskopertura nnifisha.
|
|
Artikolu 285 8.
|
Istituzzjoni li tuża l-IMM għandha tinjora fil-mudelli tagħha l-effett ta’ tnaqqis tal-valur tal-iskopertura dovut għal kwalunkwe klawżola fi ftehim ta’ kollateral li jeħtieġ li jingħata kollateral meta l-kwalità tal-kreditu ta’ kontroparti tiddeterjora.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|