|
+Artikolu 285 1. |
Artikolu 285 1.Jekk is-sett ta' netting huwa soġġett għal ftehim dwar il-marġni u valutazzjoni ta' kuljum skont il-valur fis-suq, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-EPE Effettiva kif stipulat f'dan il-paragrafu. Jekk il-mudell jaqbad l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE, l-istituzzjoni tista', soġġett għall-permess tal-awtorità kompetenti, tuża l-miżura tal-EE tal-mudell direttament fl-ekwazzjoni fl-Artikolu 284(5). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu tali permess biss jekk jivverifikaw li l-mudell jaqbad b'mod xieraq l-effetti tal-marġinazzjoni meta tiġi stmata l-EE. Istituzzjoni li ma rċevietx tali permess għandha tuża waħda mill-miżuri tal-EPE Effettiva li ġejjin:
(a)
EPE Effettiva, ikkalkulata mingħajr ma jitqies l-ebda kollateral miżmum jew depożitat bħala marġni miżjuda bi kwalunkwe kollateral li kien depożitat għand il-kontroparti indipendentement mill-proċess ta' valutazzjoni u marġinazzjoni ta' kuljum jew l-iskopertura attwali;
(b)
EPE Effettiva, ikkalkulata bħala ż-żieda potenzjali fl-iskopertura fil-perijodu b'riskju ta' marġni, flimkien mal-ikbar fost:
(i)
l-iskopertura attwali inkluż il-kollateral kollu miżmum jew depożitat attwalment, għajr kollateral eżerċitat jew ikkontestat;
(ii)
l-ikbar skopertura netta, inkluż kollateral taħt il-ftehim dwar il-marġni, li ma jattivax sejħa għal kollateral. Dan l-ammont għandu jirrefletti l-limiti applikabbli kollha, l-ammonti minimi ta' trasferiment, l-ammonti indipendenti u l-marġni inizjali taħt il-ftehim dwar il-marġni. Għall-finijiet tal-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw iż-żieda bħala l-varjazzjoni pożittiva mistennija tal-valur ipprezzat skont il-valur fis-suq tat-transazzjonijiet matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Varjazzjonijiet fil-valur tal-kollateral għandhom jiġu riflessi ►C2 bl-użu tal-Approċċ ta' Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 jew ◄ l-istimi proprji tal-aġġustamenti għall-volatilità tal-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju, iżda l-ebda pagament ta’ kollateral ma għandu jiġi preżunt matul il-perijodu b'riskju ta' marġni. Il-perijodu b'riskju ta' marġni huwa soġġett għall-perijodi minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|