+Artikolu 297 Obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet
---+Artikolu 297 1.
---+Artikolu 297 2.
---+Artikolu 297 3.
---+Artikolu 297 4.

Artikolu 297 Obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 297 1.
Istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm proċeduri sabiex tiżgura li l-validità legali u l-infurzabbiltà tan-netting kuntrattwali tagħha jkunu analizzati fid-dawl tal-bidliet fil-liġi tal-ġurisdizzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 296(2)(b).
Artikolu 297 2.
L-istituzzjoni għandha żżomm id-dokumentazzjoni meħtieġa kollha relatata man-netting kuntrattwali tagħha fil-faxxikli tagħha.
Artikolu 297 3.
L-istituzzjoni għandha tikkunsidra l-effetti tan-netting fil-kalkolu tagħha ta’ kull skopertura għar-riskju tal-kreditu aggregat ta’ kull kontroparti u l-istituzzjoni għandha tiġġestixxi s-CCR tagħha fuq il-bażi ta’ dawk l-effetti ta’ dak il-kalkolu.
Artikolu 297 4.
Fil-każ tal-ftehimiet kuntrattwali ta’ netting bejn prodotti differenti msemmija fl-Artikolu 295, l-istituzzjoni għandha żżomm il-proċeduri skont l-Artikolu 296(2)(c) sabiex tivverifika li kull transazzjoni li għandha tiġi inkluża f’sett ta’ netting tkun koperta minn opinjoni legali msemmija fl-Artikolu 296(2)(b).

Waqt li tieħu kont tl-ftehim ta’ netting kuntrattwali bejn prodotti differenti, l-istituzzjoni għandha tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti għar-rikonoxximent tan-netting bilaterali u r-rekwiżiti tal-Kapitolu 4 għar-rikonoxximent tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, kif applikabbli, fir-rigward ta’ kull ftehim ewlieni individwali bilaterali inkluż u kull transazzjoni inkluża.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit