+Artikolu 323 Qafas għall-ġestjoni tar-riskju operazzjonali
---+Artikolu 323 1.
---+Artikolu 323 2.
|
Artikolu 323 Qafas għall-ġestjoni tar-riskju operazzjonali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 323 1.
|
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ:
(a)
sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni ddokumentata sew għar-riskju operazzjonali li tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta' ġestjoni tar-riskju ta' kuljum, tifforma parti integrali mill-proċess ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-profil tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni, u li għaliha ġew assenjati responsabbiltajiet ċari; is-sistema ta' valutazzjoni u ta' ġestjoni għar-riskju operazzjonali għandha tidentifika l-iskoperturi tal-istituzzjoni għar-riskju operazzjonali u ssegwi d-data rilevanti dwar ir-riskju operazzjonali, inkluż id-data dwar it-telf materjali;
(b)
funzjoni ta' ġestjoni tar-riskji operazzjonali li tkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju u operazzjonali tal-istituzzjoni;
(c)
sistema ta' rapportar lill-maniġment superjuri li tipprovdi rapporti dwar ir-riskju operazzjonali lill-funzjonijiet rilevanti fl-istituzzjoni;
(d)
sistema ta' monitoraġġ u ta' rapportar regolari tal-iskoperturi għar-riskju operazzjonali u tal-esperjenza tat-telf, u proċeduri għat-teħid ta' azzjonijiet korrettivi xierqa;
(e)
rutini għall-iżgurar tal-konformità, u politiki għat-trattament tan-nuqqas ta' konformità;
(f)
rieżamijiet regolari tal-proċessi u tas-sistemi ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali u ta' ġestjoni tal-istituzzjoni, imwettqin minn awdituri interni jew esterni li jkollhom l-għarfien neċessarju;
(g)
proċessi ta' validazzjoni interna li joperaw b'mod tajjeb u effettiv;
(h)
flussi u proċessi tad-data trasparenti u aċċessibbli assoċjati mas-sistema ta' valutazzjoni tar-riskju operazzjonali tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 323 2.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-obbligi skont il-paragrafu 1, il-punti minn (a) sa (h), filwaqt li tqis id-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|