+Artikolu 325o Fatturi tar-riskju tal-ekwità
---+Artikolu 325o 1.
---+Artikolu 325o 2.
---+Artikolu 325o 3.
---+Artikolu 325o 4.
|
Artikolu 325o Fatturi tar-riskju tal-ekwità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325o 1.
|
Il-buckets għall-fatturi kollha tar-riskju tal-ekwità għandhom ikunu l-buckets settorjali msemmija fit-Taqsima 6.
|
|
Artikolu 325o 2.
|
Il-fatturi delta tar-riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità u r-ratirepo tal-ekwità. Għall-finijiet tar-riskju tal-ekwità, kurva repo tal-ekwità speċifika għandha tikkostitwixxi fattur ta' riskju uniku, li jkun espress bħala vettur ta' rati repo għal maturitajiet differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati repo li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ta' strument għal fattur ta' riskju tal-ekwità bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-fattur ta' riskju tar-rata repo tal-istess titolu tal-ekwità, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur.
|
|
Artikolu 325o 3.
|
Il-fatturi vega ta' riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità għandhom ikunu l-volatilitajiet implikati tal-prezzijiet spot tal-ekwità, li għandhom jiġu kklassifikati għall-maturitajiet li ġejjin f'konformità mal-maturitajiet tal-opzjonijiet korrispondenti soġġett għar-rekwiżiti ta' fondi proprji: 0,5 sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin. Ma għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju vega għal rati repo tal-ekwità.
|
|
Artikolu 325o 4.
|
Il-fatturi ta' riskju ta' kurvatura tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għal opzjonijiet b'sottostanti li huma sensittivi għall-ekwità huma l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità, irrispettivament mill-maturità tal-opzjonijiet korrispondenti. M'għandux ikun hemm rekwiżiti ta' fondi proprji ta' riskju kurvatura għar-rati repo tal-ekwità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|