+Artikolu 325o 2.

Artikolu 325o 2.

Il-fatturi delta tar-riskju tal-ekwità li għandhom jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għandhom ikunu l-prezzijiet spot kollha tal-ekwità u r-ratirepo tal-ekwità.

Għall-finijiet tar-riskju tal-ekwità, kurva repo tal-ekwità speċifika għandha tikkostitwixxi fattur ta' riskju uniku, li jkun espress bħala vettur ta' rati repo għal maturitajiet differenti. Għal kull strument, il-vettur għandu jinkludi komponenti daqskemm ikun hemm maturitajiet differenti ta' rati repo li jintużaw bħala varjabbli mill-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni għal dak l-istrument.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw is-sensittività ta' strument għal fattur ta' riskju tal-ekwità bħala l-bidla fil-valur tal-istrument, skont il-mudell tal-ipprezzar tiegħu, bħala riżultat ta' ċaqliq ta' punt bażi f'kull wieħed mill-komponenti tal-vettur. L-istituzzjonijiet għandhom ipaċu s-sensittivitajiet għall-fattur ta' riskju tar-rata repo tal-istess titolu tal-ekwità, irrispettivament min-numru ta' komponenti ta' kull vettur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit