+Artikolu 325ap Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-ekwità
---+Artikolu 325ap 1.
---+Artikolu 325ap 2.
---+Artikolu 325ap 3.
---+Artikolu 325ap 4.

Artikolu 325ap Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-ekwità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325ap 1.

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensitivitajiet għall-fatturi ta' riskju ta' ekwità u rata repo tal-ekwità għandhom ikunu speċifikati għal kull bucket fit-Tabella 8 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 461a:

▼M12



Tabella 8

Numru tal-bucket

Kapitalizzazzjoni tas-suq

Ekonomija

Settur

Piż tar-riskju għall-prezz spot tal-ekwità

Piż tar-riskju għar-rata repo tal-ekwità

1

Kbira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

55 %

0,55 %

2

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

60 %

0,60 %

3

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

45 %

0,45 %

4

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

55 %

0,55 %

5

Ekonomija avvanzata

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

30 %

0,30 %

6

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

35 %

0,35 %

7

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

40 %

0,40 %

8

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

50 %

0,50 %

9

Żgħira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 1, 2, 3 u 4

70 %

0,70 %

10

Ekonomija avvanzata

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 5, 6, 7 u 8

50 %

0,50 %

11

Settur ieħor

70 %

0,70 %

12

Indiċijiet b’kapitalizzazzjoni kbira tas-suq u ta’ ekonomija avvanzata

15 %

0,15 %

13

Indiċijiet oħra

25 %

0,25 %

▼M8

Artikolu 325ap 2.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, dak li jikkostitwixxi kapitalizzazzjoni tas-suq żgħira u kbira għandu jiġi speċifikat fl-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 325bd(7).
Artikolu 325ap 3.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x'jikkostitwixxi suq emerġenti u biex tispeċifika x'jikkostitwixxi ekonomija avvanzata.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 325ap 4.
Meta jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu fuq klassifikazzjoni użata b'mod komuni fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal waħda mill-buckets tas-settur fit-Tabella 8 u għandhom jassenjaw l-emittenti kollha mill-istess industrija għall-istess settur. L-iskoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tistax tassenja għal settur b'dan il-mod għandhom jiġu assenjati għall-bucket 11 fit-Tabella 8. L-emittenti tal-ekwità multinazzjonali jew multisettorjali għandhom jiġu assenjati għal bucket partikolari fuq il-bażi tal-iktar reġjun u settur materjali li fih jopera l-emittent tal-ekwità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit