+Artikolu 325az Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi
---+Artikolu 325az 1.
---+Artikolu 325az 2.
---+Artikolu 325az 3.
---+Artikolu 325az 4.
---+Artikolu 325az 5.
---+Artikolu 325az 6.
---+Artikolu 325az 7.
---+Artikolu 325az 8.
---+Artikolu 325az 9.
---+Artikolu 325az 10.
|
Artikolu 325az Approċċ mudell intern alternattiv u permess għall-użu ta' mudelli interni alternattivi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325az 1.
|
L-approċċ tal-mudell intern alternattiv jista' jintuża minn istituzzjoni sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għar-riskju tas-suq, dment li l-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 325az 2.
|
Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi u 325bj, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil dawk l-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-postijiet tan-negozjar billi jużaw il-mudelli interni alternattivi tagħhom skont l-Artikolu 325ba, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-postijiet tan-negozjar ġew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 104b;
(b)
l-istituzzjoni pprovdiet lill-awtorità kompetenti b'raġunament għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv.
▼M17
(c)
il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bf(3);
(d)
il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf (“attribuzzjoni P&L”) imsemmija fl-Artikolu 325bg;
▼M8
(e)
għall-postijiet tan-negozjar li ġew assenjati mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl, il-postijiet tan-negozjar jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bm għall-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza;
(f)
ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni ma ġiet assenjata lill-postijiet tan-negozjar;
▼M17
(g)
ma tkun ġiet assenjata l-ebda pożizzjoni fis-CIUs li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), lill-postijiet tan-negozjar.
▼M8
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, in-nuqqas ta' inklużjoni tal-post tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv m'għandux ikun motivat mill-fatt li r-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 325(3) ikun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ mudell intern alternattiv;
|
|
Artikolu 325az 3.
|
L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess biex jużaw l-approċċ tal-mudell intern alternattiv għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżit ta' rapportar stabbilit fl-Artikolu 325(3).
|
|
Artikolu 325az 4.
|
Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess imsemmi fil-paragrafu 2 għandha immedjatament tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li wieħed mill-postijiet tan-negozjar tagħha ma għadux jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu. Dik l-istituzzjoni m'għandhiex iktar titħalla tapplika dan il-Kapitolu għall-ebda waħda mill-pożizzjonijiet assenjati għal dak il-post tan-negozjar u għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ stabbilit fil-Kapitolu 1a għall-pożizzjonijiet kollha assenjati għal dak il-post tan-negozjar mill-iktar data tar-rappurtar kmieni u sakemm l-istituzzjoni turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-post tan-negozjar jissodisfa mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 325az 5.
|
B'deroga mill-paragrafu 4, f'ċirkostanzi straordinarji l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni tkompli tuża l-mudelli interni alternattivi tagħha għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' post tan-negozjar li ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 325bg(1). Meta l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw dik id-diskrezzjoni, għandhom jinnotifikaw lill-ABE u jissostanzjaw id-deċiżjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 325az 6.
|
Għal pożizzjonijiet assenjati għall-postijiet tan-negozjar li għalihom istituzzjoni ma tkunx ingħatat permess kif imsemmi fil-paragrafu 2, ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq għandhom jiġu kkalkulati minn dik l-istituzzjoni f'konformità mal-Kapitolu 1a ta' dan it-Titolu. Għall-finijiet ta' dak il-kalkolu, dawk il-pożizzjonijiet kollha għandhom jitqiesu fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat.
|
|
Artikolu 325az 7.
|
Bidliet materjali fl-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, l-estensjoni tal-użu ta' mudelli interni alternattivi li l-istituzzjoni tkun irċeviet permess li tuża, u bidliet materjali fl-għażla mill-istituzzjoni tas-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc(2), għandhom jeħtieġu permess separat mill-awtoritajiet kompetenti tagħha. L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-estensjonijiet u l-bidliet l-oħra kollha fl-użu tal-mudelli interni alternattivi li għalihom l-istituzzjoni tkun irċeviet permess.
|
|
Artikolu 325az 8.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-kondizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu ta' mudelli interni alternattivi u bidliet fis-subsett tal-fatturi ta' riskju mudellabbli msemmija fl-Artikolu 325bc;
▼M17
(b)
il-metodoloġija ta' valutazzjoni li biha l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità ta' istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu.
▼M8
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2024. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 325az 9.
|
L-EBA għandha toħroġ opinjoni dwar jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 325bf(6), it-tieni subparagrafu. Għall-fini tal-għoti ta' dik l-opinjoni, l-EBA għandha timmonitorja l-kundizzjonijiet tas-suq sabiex tivvaluta jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji u, jekk dak ikun il-każ, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minnufih.
|
|
Artikolu 325az 10.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-indikaturi li l-EBA għandha tuża biex tiddetermina jekk seħħewx ċirkostanzi straordinarji. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|