|
+Artikolu 325az 2. |
Artikolu 325az 2.Wara li tiġi vverifikata l-konformità tal-istituzzjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 325bh, 325bi u 325bj, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess lil dawk l-istituzzjonijiet biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tagħhom ta' fondi proprji għall-portafoll tal-pożizzjonijiet kollha assenjati lill-postijiet tan-negozjar billi jużaw il-mudelli interni alternattivi tagħhom skont l-Artikolu 325ba, sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-postijiet tan-negozjar ġew stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 104b;
(b)
l-istituzzjoni pprovdiet lill-awtorità kompetenti b'raġunament għall-inklużjoni tal-postijiet tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv.
(c)
il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv imsemmija fl-Artikolu 325bf(3);
(d)
il-postijiet tan-negozjar ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf (“attribuzzjoni P&L”) imsemmija fl-Artikolu 325bg;
(e)
għall-postijiet tan-negozjar li ġew assenjati mill-inqas waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar imsemmija fl-Artikolu 325bl, il-postijiet tan-negozjar jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bm għall-mudell intern tar-riskju ta' inadempjenza;
(f)
ebda pożizzjoni ta' titolizzazzjoni jew rititolizzazzjoni ma ġiet assenjata lill-postijiet tan-negozjar;
(g)
ma tkun ġiet assenjata l-ebda pożizzjoni fis-CIUs li tissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 104(8), il-punt (b), lill-postijiet tan-negozjar. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, in-nuqqas ta' inklużjoni tal-post tan-negozjar fl-ambitu tal-approċċ mudell intern alternattiv m'għandux ikun motivat mill-fatt li r-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 325(3) ikun inqas mir-rekwiżit ta' fondi proprji kkalkulat skont l-approċċ mudell intern alternattiv; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|