+Artikolu 325bj Validazzjoni interna
---+Artikolu 325bj 1.
---+Artikolu 325bj 2.
---+Artikolu 325bj 3.

Artikolu 325bj Validazzjoni interna

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325bj 1.
L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ proċessi li jiżguraw li kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern użat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu jkun ġie validat adegwatament minn partijiet ikkwalifikati sewwa li jkunu indipendenti mill-proċess tal-iżvilupp, sabiex jiżguraw li kwalunkwe mudelli bħal dan ikun kunċettwalment validu u jkopri b'mod adegwat ir-riskji materjali kollha.
Artikolu 325bj 2.

L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

meta kwalunkwe mudell tal-kejl tar-riskju intern jiġi żviluppat l-ewwel darba u meta jsiru kwalunkwe tibdiliet sinifikanti f'dak il-mudell;

(b) 

fuq bażi perjodika, u meta jkunu saru bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell tal-kejl tar-riskju intern ma jibqax adegwat.

Artikolu 325bj 3.

Il-validazzjoni tal-mudelli tal-kejl tar-riskju intern ta' istituzzjoni m'għandhiex tkun limitata għar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv u l-attribuzzjoni P&L, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi dan li ġej:

(a) 

testijiet biex jiġi vverifikat jekk is-suppożizzjonijiet li saru fil-mudell intern ikunux adatti u ma jissottovalutawx jew ma jissopravalutawx ir-riskju;

(b) 

it-testijiet ta' validazzjoni tal-mudelli interni tagħhom, inkluż l-ittestjar retrospettiv flimkien mal-programmi tal-ittestjar retrospettiv regolatorju, fir-rigward tar-riskji u l-istrutturi tal-portafolli tagħhom;

(c) 

l-użu ta' portafolli ipotetiċi biex jiġi żgurat li l-mudell tal-kejl tar-riskju intern ikun kapaċi jqis karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jinqalgħu, pereżempju, riskji ta' bażi materjali u riskji ta' konċentrazzjoni, jew ir-riskji assoċjati mal-użu tal-indikaturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit