+Artikolu 325bk Kalkolu tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress
---+Artikolu 325bk 1.
---+Artikolu 325bk 2.
---+Artikolu 325bk 3.
|
Artikolu 325bk Kalkolu tal-miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bk 1.
|
Il-“kejl tar-riskju tax-xenarju ta' stress ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli partikolari” jfisser it-telf li jseħħ fil-pożizzjonijiet kollha tan-negozjar jew il-pożizzjonijiet kollha mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet tal-portafoll li jinkludi dak il-fattur ta' riskju mhux mudellabbli meta xenarju estrem ta' xokkijiet futuri jiġi applikat għal dak il-fattur ta' riskju.
|
|
Artikolu 325bk 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji estremi adatti ta' xokkijiet futuri għall-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli kollha, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom.
|
|
Artikolu 325bk 3.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
kif l-istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji estremi ta' xokkijiet futuri applikabbli għal fatturi ta' riskju mhux mudellabbli u kif għandhom japplikaw dawk ix-xenarji estremi ta' xokkijiet futuri għal dawk il-fatturi ta' riskju;
(b)
xenarju estrem regolatorju ta' xokkijiet futuri għal kull subkategorija wiesgħa ta' fatturi ta' riskju elenkata fit-Tabella 2 tal-Artikolu 325bd, li l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw meta ma jkunux jistgħu jiżviluppaw xenarju estrem ta' xokkijiet futuri f'konformità mal-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, jew li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li dik l-istituzzjoni tapplika jekk dawk l-awtoritajiet ma jkunux sodisfatti bix-xenarju estrem ta' xokkijiet futuri żviluppat mill-istituzzjoni;
(c)
iċ-ċirkostanzi li fihom l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw miżura tar-riskju tax-xenarju ta' stress għal aktar minn fattur wieħed ta' riskju mhux mudellabbli;
(d)
kif l-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw il-miżuri tar-riskju tax-xenarju ta' stress tal-fatturi ta' riskju mhux mudellabbli inklużi fil-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar u l-pożizzjonijiet mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew riskju tal-komoditajiet.
Fl-iżvilupp ta' dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis ir-rekwiżit li l-livell ta' rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ta' fattur ta' riskju mhux mudellabbli kif stabbilit f'dan l-Artikolu għandu jkun għoli daqs il-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq li kien ikkalkulat taħt dan il-Kapitolu kieku dak il-fattur ta' riskju kien mudellabbli. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|