+Artikolu 325bo Rikonoxximent tal-ħeġġijiet f'mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
---+Artikolu 325bo 1.
---+Artikolu 325bo 2.
---+Artikolu 325bo 3.

Artikolu 325bo Rikonoxximent tal-ħeġġijiet f'mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325bo 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jinkorporaw ħeġġijiet fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom u jistgħu jinnettjaw pożizzjonijiet fejn il-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra jirrelataw għall-istess strument finanzjarju.
Artikolu 325bo 2.
Fil-mudelli interni għar-riskju ta' inadempjenza tagħhom l-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu biss l-effetti tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni assoċjati ma' pożizzjonijiet twal u qosra li jinvolvu strumenti differenti jew titoli differenti tal-istess debitur, kif ukoll pożizzjonijiet twal u qosra f'emittenti differenti bl-immudellar espliċitu tal-pożizzjonijiet twal u qosra totali fl-istrumenti differenti, inkluż l-immudellar ta' riskji bażi bejn l-emittenti differenti.
Artikolu 325bo 3.
Fil-mudelli interni tagħhom tar-riskju ta' inadempjenza, l-istituzzjonijiet għandhom ikopru r-riskji ta' bażi materjali fl-istrateġiji tal-iħħeġġjar li jirriżultaw minn differenzi fit-tip ta' prodott, is-superjorità fl-istruttura kapitali, il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni, il-vintage u differenzi oħra.

L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li diskrepanzi fil-maturità bejn strument għall-iħħeġġjar u l-istrument iħħeġġjat li jistgħu jseħħu matul il-perjodu ta' żmien ta' sena, fejn dawk id-diskrepanzi ma jinqabdux fil-mudell intern tagħhom għar-riskju ta' inadempjenza, ma jwasslux għal sottovalutazzjoni materjali tar-riskju.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu strument ta' ħħeġġjar biss sakemm dan ikun jista' jinżamm anki waqt li d-debitur javviċina avveniment ta' kreditu jew avveniment ieħor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit