+Artikolu 327 Netting
---+Artikolu 327 1.
---+Artikolu 327 2.
---+Artikolu 327 3.
|
Artikolu 327 Netting
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 327 1.
|
Il-valur assolut tal-eċċess tal-pożizzjonijiet twal (qosra) ta' istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet tagħha qorsa (twal) fl-istess ekwità, dejn u titoli konvertibbli u futures finanzjarji identiċi, opzjonijiet, warrants u warrants koperti, għandu jkun il-pożizzjoni netta tagħha f'kull wieħed minn dawk l-istrumenti differenti. Fil-kalkolu tal-pożizzjoni netta, il-pożizzjonijiet fi strumenti derivati għandhom jiġu trattati kif stipulat fl-Artikoli 328 sa 330. Il-holdings tal-istituzzjonijiet fl-istrumenti tad-dejn tagħhom stess ma' għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' kapital għar-risku speċifiku skont l-Artikolu 336.
|
|
Artikolu 327 2.
|
Ma għandu jkun permess l-ebda netting bejn pożizzjoni konvertibbli u pożizzjoni ta' tpaċija fl-istrument sottostanti, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jadottawx approċċ li permezz tiegħu l-probabbiltà li konvertibbli partikolari jiġi konvertit tiġi kkunsidrata jew ma jitlobux rekwiżit ta’ fondi proprji sabiex ikopri kull telf li l-konverżjoni tista’ ġġib magħha. Tali approċċi jew rekwiżiti ta’ fondi proprji għandhom jiġu notifikati lill-ABE. L-ABE għandha tissorvelja l-firxa ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 327 3.
|
Irrispettivament mis-sinjali tagħhom, il-pożizzjonijiet netti kollha għandhom jiġu kkonvertiti kuljum fil-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni skont ir-rata prevalenti tal-kambju spot qabel ma jiġu aggregati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|