+Artikolu 328 Futures u forwards tar-rati tal-imgħax
---+Artikolu 328 1.
---+Artikolu 328 2.
|
Artikolu 328 Futures u forwards tar-rati tal-imgħax
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 328 1.
|
Futures tar-rati tal-imgħax, ftehim dwar rati forward (FRAs) u impenji forward għax-xiri jew bejgħ ta’ stumenti tad-dejn għandhom ikunu ttrattati bħala taħlitiet ta’ pożizzjonijiet twal u qosra. Għaldaqstant, pożizzjoni twila fuq futures tar-rati tal-imgħax għandha tiġi trattata bħala taħlita ta’ self li jimmatura fid-data tal-konsenja tal-kuntratt futures u holding ta’ assi b'data ta' maturità ugwali għal dik tal-istrument jew tal-pożizzjoni nozzjonali sottostanti l-kuntratt futures inkwistjoni. Bl-istess mod, FRA mibjugħ għandu jiġi ttrattat bħala pożizzjoni twila b’data ta’ maturità ugwali għad-data tas-saldu flimkien mal-perijodu tal-kuntratt, u pożizzjoni qasira b’maturità ugwali għad-data tas-saldu. Kemm is-self kif ukoll il-holding fl-assi għandhom jiġu inklużi fl-ewwel kategorija stabbilita fit-Tabella 1 fl-Artikolu 336 sabiex jiġi kkalkulat ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku għall-futures tar-rati tal-imgħax u l-FRAs. Impenn forward għax-xiri ta’ strument tad-dejn għandu jiġi ttrattat bħala taħlita ta’ self li jimmatura fid-data tal-konsenja u pożizzjoni twila (spot) fl-istrument tad-dejn innifsu. Is-self għandu jiġi inkluż fl-ewwel kategorija stabbilita fit-Tabella 1 fl-Artikolu 336 għall-finijiet ta’ riskju speċifiku, u l-istrument tad-dejn taħt dik il-kolonna li tkun xierqa għalih fl-istess tabella.
|
|
Artikolu 328 2.
|
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “pożizzjoni twila” tfisser pożizzjoni li fiha istituzzjoni tkun iffissat ir-rata tal-imgħax li ser tirċievi f’xi mument fil-ġejjieni, u “pożizzjoni qasira” tfisser pożizzjoni li fiha l-istituzzjoni tkun iffissat r-rata tal-imgħax li ser tħallas f’xi mument fil-ġejjieni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|