+Artikolu 347 Tnaqqis għal hedges permezz ta’ derivati tal-kreditu tat-tipi "first-to default" u "nth-to default"

Artikolu 347 Tnaqqis għal hedges permezz ta’ derivati tal-kreditu tat-tipi "first-to default" u "nth-to default"

Artikolu 347

Tnaqqis għal hedges permezz ta’ derivati tal-kreditu tat-tipi "first-to default" u "nth-to default"

Fil-każ ta’ derivati tal-kreditu tat-tip "first-to default" u derivati tal-kreditu tat-tip "nth-to default", it-trattament li ġej japplika għat-tnaqqis li għandu jingħata skont l-Artikolu 346:

(a) 

fejn istituzzjoni tikseb protezzjoni tal-kreditu għal numru ta’ entitajiet ta' referenza li huma sottostanti għal derivat tal-kreditu bit-kondizzjoni li l-ewwel inadempjenza fost l-assi għandha tiskatta pagament u li dan l-avveniment tal-kreditu għandu jtemm il-kuntratt, l-istituzzjoni tista’ tpaċi r-riskju speċifiku għall-entità ta' referenza li għaliha japplika l-aktar perċentwal baxx ta' ħlas għar-riskju speċifiku fost l-entitajiet ta' referenza sottostanti skont it-Tabella 1 fl-Artikolu 336;

(b) 

fejn l-inadempjenza numru n (nth default) fost l-iskoperturi tiskatta pagament taħt il-protezzjoni tal-kreditu, ix-xerrej tal-protezzjoni jista' jpaċi r-riskju speċifiku biss jekk tkun inkisbet protezzjoni wkoll għall-inadempjenzi numru 1 sa n-1 jew meta jkunu diġà seħħew l-inadempjenzi n-1. F’każijiet bħal dawn, il-metodoloġija stabbilita fil-punt (a) għad-derivati tal-kreditu tat-tip "first-to-default" għandha tiġi segwita, emendata kif xieraq għall-prodotti tat-tip "nth-to-default".

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit