+Artikolu 350 Metodi speċifiċi għal CIUs
---+Artikolu 350 1.
---+Artikolu 350 2.
---+Artikolu 350 3.
---+Artikolu 350 4.
|
Artikolu 350 Metodi speċifiċi għal CIUs
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 350 1.
|
Meta l-istituzzjoni tkun konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tirreferi direttament għal dawk l-investimenti sottostanti sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali. Taħt tali approċċ, il-pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom jiġu ttrattati bħala pożizzjonijiet fl-investimenti sottostanti tas-CIU. Għandu jkun permess netting bejn il-pożizzjonijiet fl-investimenti sottostanti tas-CIU u pożizzjonijiet oħra li jkollha l-istituzzjoni, dment li l-istituzzjoni jkollha kwantità suffiċjenti ta’ ishma jew unitajiet li jippermettu il-fidi/ħolqien bi skambju mal-investimenti sottostanti.
|
|
Artikolu 350 2.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, għal pożizzjonijiet f'CIUs bis-suppożizzjoni ta' pożizzjonijiet li jirrappreżentaw dawk neċessarji sabiex jirriproduċu l-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-indiċi ġġenerat esternament jew basket fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn msemmija fil-punt (a), soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-għan tal-mandat tas-CIU's hu li jirriproduċi l-kompożizzjoni u l-prestazzjoni ta’ indiċi ġġenerat esternament jew basket fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn;
(b)
koeffiċjent ta' korrelazzjoni minimu bejn ir-redditu ta' kuljum tas-CIU u l-indiċi jew il-basket ta' ekwitajiet jew titoli ta' dejn li tirriproduċi ta' 0,9 jista' jiġi stabbilit b'mod ċar fuq perijodu ta' sitt xhur.
|
|
Artikolu 350 3.
|
Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jiġi preżunt li s-CIU l-ewwel tinvesti sal-massimu possibbli permess skont il-mandat tagħha fil-klassijiet ta’ assi li jattiraw l-ogħla rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali b’mod separat, u mbagħad tkompli tagħmel investimenti f’ordni li dejjem tonqos sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-investimenti totali. Il-pożizzjoni fis-CIU tiġi ttrattata bħala holding diretta fil-pożizzjoni meħuda;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet b'effett ta' lieva finanzjarja permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali tagħhom b’mod separat, billi jżidu proporzjonalment il-pożizzjoni fis-CIU sal-iskopetura massima għall-elementi ta’ investiment sottostanti li jirriżultaw mill-mandat;
(c)
jekk skont dan il-paragrafu, ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali flimkien jaqbeż dak stabbilit fl-Artikolu 348(1), ir-rekwiżit ta' fondi proprji għandu jiġi limitat sa dak il-livell.
|
|
Artikolu 350 4.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq il-partijiet terzi li ġejjin sabiex jikkalkulaw u jirrappurtaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni għall-pożizzjonijiet fis-CIUs li jaqgħu taħt il-paragrafi 1 sa 4, skont il-metodi stabbiliti f’dan il-Kapitolu:
(a)
id-depożitarju tas-CIU sakemm is-CIU jinvesti b’mod esklużiv f’titoli u jiddepożita t-titoli kollha ma' dak id-depożitarju;
(b)
għal CIUs oħrajn, il-kumpannija li tamministra s-CIU, jekk il-kumpannija li tamministra s-CIU tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 132(3)(a).
Il-korrettezza tal-kalkolu għandha tiġi kkonfermata minn awditur estern.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|