|
+Artikolu 350 3. |
Artikolu 350 3.Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-pożizzjoni, li jinkludi r-riskju speċifiku u r-riskju ġenerali, soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jiġi preżunt li s-CIU l-ewwel tinvesti sal-massimu possibbli permess skont il-mandat tagħha fil-klassijiet ta’ assi li jattiraw l-ogħla rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali b’mod separat, u mbagħad tkompli tagħmel investimenti f’ordni li dejjem tonqos sakemm jintlaħaq il-limitu massimu tal-investimenti totali. Il-pożizzjoni fis-CIU tiġi ttrattata bħala holding diretta fil-pożizzjoni meħuda;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet b'effett ta' lieva finanzjarja permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali tagħhom b’mod separat, billi jżidu proporzjonalment il-pożizzjoni fis-CIU sal-iskopetura massima għall-elementi ta’ investiment sottostanti li jirriżultaw mill-mandat;
(c)
jekk skont dan il-paragrafu, ir-rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku u ġenerali flimkien jaqbeż dak stabbilit fl-Artikolu 348(1), ir-rekwiżit ta' fondi proprji għandu jiġi limitat sa dak il-livell. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|