+Artikolu 354 Muniti korrelatati mill-viċin
---+Artikolu 354 1.
---+Artikolu 354 2.
---+Artikolu 354 3.
---+Artikolu 354 4.
---+Artikolu 354 5.
---+Artikolu 354 6.

Artikolu 354 Muniti korrelatati mill-viċin

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 354 1.
L-istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu rekwiżiti ta’ fondi proprji aktar baxxi kontra pożizzjoniijet f’muniti korrelatati mill-viċin rilevanti. Par ta’ muniti huwa kkunsidrat bħala korrelatat mill-viċin biss jekk il-probabbiltà ta’ telf — ikkalkulata fuq il-bażi ta’ dejta ta’ kuljum dwar ir-rata tal-kambju għat-tliet jew ħames snin preċedenti — li sseħħ f’pożizzjonijiet ugwali u opposti f’tali muniti fuq l-10 ijiem tax-xogħol segwenti, jiġifieri 4 % jew inqas tal-valur tal-pożizzjoni mqabbla inkwistjoni (valutata f’termini tal-munita tar-rappurtar) ikollha probabbiltà ta’ mill-anqas 99 %, meta jintuża perijodu ta’ osservazzjoni ta’ tliet snin, u 95 %, meta jintuża perijodu ta’ osservazzjoni ta’ ħames snin. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji fuq il-pożizzjoni mqabbla f’żewġ muniti korrelatati mill-viċin għandu jkun 4 % multiplikat bil-valur tal-pożizzjoni mqabbla.
Artikolu 354 2.
Fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jinjoraw pożizzjonijiet fil-muniti, li jkunu soġġetti għal ftehim intergovernattiv legalment vinkolanti sabiex tiġi limitata l-varjazzjoni tagħha fir-rigward ta’ muniti oħra koperti mill-istess ftehim. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjonijiet imqabbla tagħhom f’tali muniti u jissoġġettawhom għal rekwiżit ta’ fondi proprji ta' mhux inqas minn nofs il-varjazzjoni massima permissibbli stabbilita fil-ftehim intergovernattiv inkwistjoni fir-rigward tal-muniti kkonċernati.
Artikolu 354 3.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenka l-muniti li għalihom huwa disponibbli t-trattament stabbilit fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-Kummisjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 354 4.
Ir-rekwiżit ta' fondi proprji fuq il-pożizzjonijiet imqabbla f’muniti ta’ Stati Membri li jipparteċipaw fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja jista’ jiġi kkalkulat bħala 1,6 % tal-valur ta' dawn il-pożizzjonijiet imqabblin.
Artikolu 354 5.
Il-pożizzjonijiet mhux imqabbla fil-muniti msemmija f’dan l-Artikolu biss għandhom jiġu inkorporati fil-pożizzjoni kumplessiva netta miftuħa skont l-Artikolu 352(4).
Artikolu 354 6.
Meta d-data tar-rata tal-kambju ta' kuljum għat-tliet jew ħames snin preċedenti, fuq pożizzjonijiet ugwali u opposti f'muniti akkoppjati matul l-għaxart ijiem ta' ħidma segwenti, turi li dawn iż-żewġ muniti huma perfettament u b'mod pożittiv korrelatati u l-istituzzjoni tkun tista' dejjem tiffaċċja differenzjal bid/ask ugwali għal 0 fuq l-operazzjonijiet rispettivi, l-istituzzjoni tista', wara l-awtorizzazzjoni espliċita tal-awtorità kompetenti tagħha, tapplika rekwiżit ta' fondi proprji ta' 0 % sal-aħħar tal-2017.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit