+Artikolu 413 Rekwiżit ta' finanzjament stabbli
---+Artikolu 413 1.
---+Artikolu 413 2.
---+Artikolu 413 3.
---+Artikolu 413 4.
|
Artikolu 413 Rekwiżit ta' finanzjament stabbli
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 413 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-assi għal perijodu fit-tul u elementi mhux riflessi fil-karta tal-bilanċ jiġu trattati b'mod adegwat b'sett varjat ta' strumenti ta' finanzjament li huma stabbli kemm taħt kondizzjonijiet normali kif ukoll taħt kondizzjonijiet ta' stress.
|
|
Artikolu 413 2.
|
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu III għandhom japplikaw b'mod esklussiv għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 415 sakemm l-obbligi ta' rappurtar stabbiliti f'dak l-Artikolu għall-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett stabbilit fit-Titolu IV ġew speċifikati u introdotti fid-dritt tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 413 3.
|
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu IV għandhom japplikaw għall-fini tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit ta' finanzjament stabbli stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-obbligi ta' rappurtar għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 415.
|
|
Artikolu 413 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam ta' rekwiżiti ta' finanzjament stabbli qabel ma jsiru applikabbli standards minimi vinkolanti għar-rekwiżiti ta' finanzjament stabbli nett stabbiliti fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|