+Artikolu 416 Rappurtar dwar l-assi likwidi
---+Artikolu 416 1.
---+Artikolu 416 2.
---+Artikolu 416 3.
---+Artikolu 416 4.
---+Artikolu 416 5.
---+Artikolu 416 6.

Artikolu 416 Rappurtar dwar l-assi likwidi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 416 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3:

(a) 

flus u skoperturi għal banek ċentrali sakemm dawn l-iskoperturi jkunu jistgħu jinġibdu lura fi kwalunkwe żmien fi żminijiet ta’ stress. Fir-rigward tad-depożiti miżmuma mill-banek ċentrali, l-awtorità kompetenti u l-bank ċentrali għandhom jimmiraw biex jilħqu fehim komuni rigward il-limitu safejn dawn ir-riżervi minimi jistgħu jinġibdu fi żmien ta' stress;

(b) 

assi trasferibbli oħrajn li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;

(c) 

assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti minn:

(i) 

gvern ċentrali ta' Stat Membru, reġjun b’awtonomija fiskali li tippermetti l-impożizzjoni u l-ġbir tat-taxxi, jew ta' pajjiż terz fil-munita domestika tal-gvern ċentrali jew reġjonali, jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta' likwidità f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;

(ii) 

banek ċentrali u entitajiet tas-settur pubbliku mhux tal-gvern ċentrali fil-munita domestika tal-bank ċentrali u l-entità tas-settur pubbliku;

(iii) 

il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni u banek multilaterali tal-iżvilupp;

(iv) 

il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja ul-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;

(d) 

assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.

(e) 

faċilitajiet ta' kreditu ta' riżerva mogħtija minn banek ċentrali fi ħdan l-ambitu tal-politika monetarja sal-punt li dawn il-faċilitajiet ma jiġux kollateralizzati minn assi linkwidi u eskluża l-assistenza ta' likwidità ta' emergenza

(f) 

jekk istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni lil netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji, id-depożiti minimi legali jew statutorji mal-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew finanzjament likwidu disponibbli kuntrattwalment jew statutorju ieħor mill-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew istituzzjonijiet li huma membri tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 113 (7), jew eliġibbli għar-rinunzja prevista mill-Artikolu 10, sa fejn dan il-finanzjament ma jiġix kollateralizzat minn assi likwidi.

Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi skont l-Artikolu 460 ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw huma stess assi trasferibbli f’munita partikolari li jkunu ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin jew għoljin ħafna, rispettivament. Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkunsidraw il-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw l-assi ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna. Fin-nuqqas ta’ tali gwida, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi għal dan il-għan, inklużi xi wħud mill-kriterji jew il-kriterji kollha elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5).

Artikolu 416 2.

Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala assi likwidi:

(a) 

assi li jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu sakemm ma jissodisfawx waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

huma bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew strumenti sostnuti minn assi jekk jintwera li huma tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5)

▼M10

(ii) 

huma bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 għajr dawk imsemmija fil-punt (i) ta’ dan il-punt;

▼B

(iii) 

l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet stabbilita minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru u dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni u li jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha; jew l-assi jkun garantit b'mod espliċitu minn dak il-gvern; jew mill-anqas 90 % tas-self mogħti mill-istituzzjoni jkun garantit direttament jew indirettament minn dak il-gvern u l-assi jkun użat b'mod predominanti sabiex jiġi ffinanzjat self promozzjonali mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern;

(b) 

assi li huma provduti bħala kollateral lill-istituzzjoni taħt transazzjonijiet repo b’lura u li jiffinanzjaw it-titoli u li huma miżmuma mill-istituzzjoni biss bħala mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u li mhumiex legalment u kontrattwalment disponibbli għall-użu mill-istituzzjoni;

(c) 

assi maħruġa minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

ditta ta' investiment;

(ii) 

impriża tal-assigurazzjoni;

(iii) 

kumpannija holding finanzjarja;

(iv) 

kumpannija holding finanzjarja mħallta;

(v) 

kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha.

Artikolu 416 3.

F'konformità mal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawk l-assi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin bħala assi likwidi:

(a) 

l-assi jkunu mhux aggravati jew jinsabu disponibbli fi ħdan pools kollaterali biex jintużaw għall-kisba ta' fondi addizzjonali taħt linji ta' kreditu disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool jitħaddem minn bank ċentrali, mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati;

(b) 

l-assi ma jinħarġux mill-istituzzjoni nnifisha, minn istituzzjonijiet prinċipali jew sussidjarji tagħha, jew minn sussidjarja oħra tal-istituzzjoni prinċipali tagħha jew kumpannija holding finanzjarja prinċipali;

(c) 

ikun hemm qbil ġenerali bejn il-parteċipanti tas-suq dwar il-prezz tal-assi li jkun jista' faċilment jiġi osservat fis-suq, jew il-prezz jista' jiġi determinat minn formula li tkun faċli biex tiġi kalkulata fuq il-bażi ta' inputs pubblikament disponibbli u li ma tkunx tiddependi fuq suppożizzjonijiet solidi, kif inhu tipikament il-każ għall-prodotti strutturati jew eżotiċi;

(d) 

l-assi jkunu kwotati f'kambju rikonoxxut jew ikunu kummerċjabbli permezz ta' bejgħ dirett jew permezz ta' sempliċi ftehim ta' xiri mill-ġdid fi swieq ta' xiri mill-ġdid; dawk il-kriterji għandhom jiġu valutati b'mod separat għal kull suq.

Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għall-assi msemmija fil-punti (a), (e) u (f) tal-paragrafu 1.

Artikolu 416 4.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, sakemm jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' likwidità vinkolanti skont l-Artikolu 460 u skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar:

(a) 

assi oħra mhux eliġibbli iżda kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ekwitajiet u deheb abbażi ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi xi wħud mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jew kollha kemm huma;

(b) 

assi oħra eliġibbli u kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ma huma strumenti sostnuti minn assi tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3, (4) u (5);

(c) 

assi oħra eliġibbli u iżda mhux kummerċjabbli tal-bank ċentrali bħal ma huma pretensjonijiet ta' kreditu kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5).

Artikolu 416 5.
L-ishma jew l-unitajiet fis-CIUs jistgħu jiġu ttrattati bħala assi likwidi, sa ammont assolut ta' EUR 500 miljun jew l-ammont ekwivalenti f'munita domestika, fil-portafoll tal-assi likwidi ta' kull istituzzjoni, bil-kondizzjoni li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 132(3) u li s-CIU tinvesti biss f'assi likwidi kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, minbarra d-derivati għall-mitigazzjoni tar-rata tal-imgħax jew tar-riskju tal-kreditu jew tal-munita.

L-użu jew l-użu potenzjali minn CIU ta' strumenti ta' derivati biex jiġu koperti r-riskji tal-investimenti permessi m'għandux iwaqqaf lil dik is-CIU milli tkun eliġibbli għat-trattament imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn il-valur tal-ishma jew tal-unitajiet tas-CIU mhux ipprezzat regolarment skont il-valur fis-suq mill-partijiet terzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 418(4) u l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li istituzzjoni tkun żviluppat metodoloġiji u proċessi robusti għal tali valutazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 418(4), l-ishma jew l-unitajiet f'dik is-CIU ma għandhomx jiġu ttrattati bħala assi likwidi.

Artikolu 416 6.
Meta assi likwidu ma jibqax konformi mar-rekwiżit għall-assi likwidi kif stabbilit f'dan l-Artikolu, istituzzjoni xorta waħda tista' tkompli tqisu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 jum. Fejn assi likwidu f'CIU ma jibqax eliġibbli għat-trattament imsemmi fil-paragrafu 5, l-ishma jew l-unitajiet fis-CIU jistgħu madankollu jitqiesu bħala assi likwidu għal perijodu addizzjonali ta' 30 ġurnata, sakemm dawk l-assi ma jkunux iktar minn 10 % tal-assi ġenerali tas-CIU.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit