+Artikolu 416 2.

Artikolu 416 2.

Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala assi likwidi:

(a) 

assi li jinħarġu minn istituzzjoni ta’ kreditu sakemm ma jissodisfawx waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

huma bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew strumenti sostnuti minn assi jekk jintwera li huma tal-ogħla kwalità kreditizja kif stabbilit mill-ABE skont il-kriterji tal-Artikolu 509(3), (4) u (5)

▼M10

(ii) 

huma bonds koperti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (EU) 2019/2162 għajr dawk imsemmija fil-punt (i) ta’ dan il-punt;

▼B

(iii) 

l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet stabbilita minn gvern ċentrali jew reġjonali ta’ Stat Membru u dak il-gvern ikollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni u li jżomm l-vijabbiltà tagħha tul ħajjitha; jew l-assi jkun garantit b'mod espliċitu minn dak il-gvern; jew mill-anqas 90 % tas-self mogħti mill-istituzzjoni jkun garantit direttament jew indirettament minn dak il-gvern u l-assi jkun użat b'mod predominanti sabiex jiġi ffinanzjat self promozzjonali mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovi l-objettivi tal-politika pubblika ta' dak il-gvern;

(b) 

assi li huma provduti bħala kollateral lill-istituzzjoni taħt transazzjonijiet repo b’lura u li jiffinanzjaw it-titoli u li huma miżmuma mill-istituzzjoni biss bħala mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u li mhumiex legalment u kontrattwalment disponibbli għall-użu mill-istituzzjoni;

(c) 

assi maħruġa minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

ditta ta' investiment;

(ii) 

impriża tal-assigurazzjoni;

(iii) 

kumpannija holding finanzjarja;

(iv) 

kumpannija holding finanzjarja mħallta;

(v) 

kwalunkwe entità oħra li twettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit