+Artikolu 416 1.

Artikolu 416 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw dawn li ġejjin bħala assi likwidi sakemm ma jkunux esklużi mill-paragrafu 2 u biss jekk l-assi likwidi jissodisfaw il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 3:

(a) 

flus u skoperturi għal banek ċentrali sakemm dawn l-iskoperturi jkunu jistgħu jinġibdu lura fi kwalunkwe żmien fi żminijiet ta’ stress. Fir-rigward tad-depożiti miżmuma mill-banek ċentrali, l-awtorità kompetenti u l-bank ċentrali għandhom jimmiraw biex jilħqu fehim komuni rigward il-limitu safejn dawn ir-riżervi minimi jistgħu jinġibdu fi żmien ta' stress;

(b) 

assi trasferibbli oħrajn li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin ħafna;

(c) 

assi trasferibbli li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew li jkunu garantiti minn:

(i) 

gvern ċentrali ta' Stat Membru, reġjun b’awtonomija fiskali li tippermetti l-impożizzjoni u l-ġbir tat-taxxi, jew ta' pajjiż terz fil-munita domestika tal-gvern ċentrali jew reġjonali, jekk l-istituzzjoni ġġarrab riskju ta' likwidità f'dak l-Istat Membru jew pajjiż terz li hija tkopri billi żżomm dawn l-assi likwidi;

(ii) 

banek ċentrali u entitajiet tas-settur pubbliku mhux tal-gvern ċentrali fil-munita domestika tal-bank ċentrali u l-entità tas-settur pubbliku;

(iii) 

il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Kummissjoni u banek multilaterali tal-iżvilupp;

(iv) 

il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja ul-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;

(d) 

assi trasferibbli li huma ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin.

(e) 

faċilitajiet ta' kreditu ta' riżerva mogħtija minn banek ċentrali fi ħdan l-ambitu tal-politika monetarja sal-punt li dawn il-faċilitajiet ma jiġux kollateralizzati minn assi linkwidi u eskluża l-assistenza ta' likwidità ta' emergenza

(f) 

jekk istituzzjoni ta' kreditu tkun tappartjeni lil netwerk skont id-dispożizzjonijiet legali jew statutorji, id-depożiti minimi legali jew statutorji mal-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew finanzjament likwidu disponibbli kuntrattwalment jew statutorju ieħor mill-istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew istituzzjonijiet li huma membri tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 113 (7), jew eliġibbli għar-rinunzja prevista mill-Artikolu 10, sa fejn dan il-finanzjament ma jiġix kollateralizzat minn assi likwidi.

Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi skont l-Artikolu 460 ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna, l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw huma stess assi trasferibbli f’munita partikolari li jkunu ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin jew għoljin ħafna, rispettivament. Sakemm tinħareġ speċifikazzjoni ta’ definizzjoni uniformi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jikkunsidraw il-kriterji elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5) jipprovdu gwida ġenerali li l-istituzzjonijiet għandhom isegwu sabiex jidentifikaw l-assi ta’ likwidità u kwalità ta’ kreditu għoljin u għoljin ħafna. Fin-nuqqas ta’ tali gwida, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi għal dan il-għan, inklużi xi wħud mill-kriterji jew il-kriterji kollha elenkati fl-Artikolu 509(3), (4) u (5).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit