+Artikolu 419 Muniti b’limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ assi likwidi
---+Artikolu 419 1.
---+Artikolu 419 2.
---+Artikolu 419 3.
---+Artikolu 419 4.
---+Artikolu 419 5.
|
Artikolu 419 Muniti b’limitazzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ assi likwidi
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 419 1.
|
L-ABE għandha tivvaluta d-disponibbiltà, għall-istituzzjonijiet, tal-assi likwidi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 416(1) fil-muniti li huma rilevanti għall-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 419 2.
|
Fejn il-ħtiġijiet ġustifikati għal assi likwidi fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 412 jaqbżu d-disponibbiltà ta' dawk l-assi likwidi f'munita, għandha tapplika deroga waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a)
permezz ta' deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 417, id-denominazzjoni tal-assi likwidi tista' tkun inkonsistenti mad-distribuzzjoni skont il-munita tal-ħruġ tal-likwidità wara t-tnaqqis tad-dħul;
(b)
għall-muniti ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi, l-assi likwidi meħtieġa jistgħu jiġu sostitwiti minn linji ta' kreditu mill-bank ċentrali ta' dak l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu impenjati kuntrattwalment u b'mod irrevokabbli għat-30 ġurnata li jmiss u li jkunu pprezzati b'mod ġust, indipendentement mill-ammont attwalment miġbud, sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz jagħmlu l-istess u sakemm dak l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ikollu fis-seħħ rekwiżiti tar-rappurtar komparabbli;
(c)
meta jkun hemm defiċit ta' assi ta' livell 1, jistgħu jinżammu assi addizzjonali ta' livell 2A mill-istituzzjoni, soġġett għal haircuts ogħla, u jista' jiġi emendat kwalunkwe massimu applikabbli għal dawk l-assi f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1).
|
|
Artikolu 419 3.
|
Id-derogi applikati skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu proporzjonati b'mod invers għad-disponibbiltà tal-assi rilevanti. Il-ħtiġijiet ġustifikati tal-istituzzjonijiet għandhom jiġu vvalutati b'kont meħud tal-kapaċità tagħhom li jnaqqsu, permezz ta’ ġestjoni tajba tal-likwidità, il-ħtieġa għal dawk l-assi likwidi u l-holdings f'dawk l-assi minn parteċipanti oħra fis-suq.
|
|
Artikolu 419 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi li jelenka l-muniti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2014. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 419 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-derogi msemmijin fil-paragrafu 2, inkluż il-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tagħhom. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Diċembru 2019. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|