+Artikolu 428g Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi

Artikolu 428g Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi

Artikolu 428g

Depożiti fi skemi ta' protezzjoni istituzzjonali u netwerks kooperattivi

Meta istituzzjoni tappartjeni għal skema ta' protezzjoni istituzzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 113(7), għal netwerk li jkun eliġibbli għar-rinunzja prevista fl-Artikolu 10, jew għal netwerk kooperattiv fi Stat Membru, id-depożiti ta' domanda li l-istituzzjoni żżomm mal-istituzzjoni ċentrali u li l-istituzzjoni depożitanti tqis bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal dawn li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni depożitanti għandha tapplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ adatt skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4, skont it-trattament ta' dawk id-depożiti ta' domanda bħala assi ta' livell 1, livell 2A jew livell 2B f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) u skont il-haircut rilevanti applikat lil dawk id-depożiti ta' domanda għall-kalkolu tal-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità;

(b) 

l-istituzzjoni ċentrali li tirċievi d-depożitu għandha tapplika l-fattur ta' finanzjament stabbli simetriku korrispondenti disponibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit