+Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428k Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
------+Artikolu 428k 1.
------+Artikolu 428k 2.
------+Artikolu 428k 3.
------+Artikolu 428k 4.
---+Artikolu 428l Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428m Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428n Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli
---+Artikolu 428o Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli

Taqsima 2 Fatturi ta' finanzjament stabbli disponibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428k Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli disponibbli -
Artikolu 428l Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428l

Fattur ta' 50 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

▼C8

L-obbligazzjonijiet jew l-elementi jew l-istrumenti tal-kapital li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta’ 50 % ta’ finanzjament stabbli disponibbli:

▼M8

(a) 

depożiti riċevuti li jissodisfaw il-kriterji għal depożiti operazzjonali stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(b) 

obbligazzjonijiet b'maturità residwa ta' inqas minn sena pprovduti minn:

(i) 

il-gvern ċentrali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(ii) 

gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz;

(iii) 

entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru jew f'pajjiż terz;

(iv) 

banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-Artikolu 117(2) u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 118;

(v) 

klijenti korporattivi nonfinanzjarji;

(vi) 

għaqdiet ta' kreditu awtorizzati minn awtorità kompetenti, kumpanniji ta' investiment personali u klijenti li jkunu sensara tad-depożiti sa fejn dawk l-obbligazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-punt (a) ta' dan il-paragrafu;

(c) 

obbligazzjonijiet b'maturità kuntrattwali residwa ta' minimu ta' sitt xhur izda inqas minn sena li huma pprovduti minn:

(i) 

il-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru;

(ii) 

il-bank ċentrali ta' pajjiż terz;

(iii) 

klijenti finanzjarji;

▼C8

(d) 

kwalunkwe obbligazzjoni u element jew strument tal-kapital oħra b’maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda inqas minn sena mhux imsemmija fl-Artikoli 428m, 428n u 428o.

▼M8

Artikolu 428m Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428m

Fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti oħra fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 90 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428n Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428n

Fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Id-depożiti ta' domanda fil-livell ta' konsumatur, id-depożiti fil-livell ta' konsumatur b' perijodu ta' notifika fiss ta' inqas minn sena u d-depożiti fil-livell ta' konsumatur ta' żmien fiss li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sena li jissodisfaw il-kriterji rilevanti għal depożiti stabbli fil-livell tal-konsumatur stipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 95 % ta' finanzjament stabbli disponibbli.

Artikolu 428o Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

Artikolu 428o

Fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli

L-obbligazzjonijiet u l-elementi u l-istrumenti kapitali li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 100 % ta' finanzjament stabbli disponibbli:

(a) 

l-elementi ta' Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni qabel l-aġġustamenti meħtieġa skont l-Artikoli 32 sa 35, it-tnaqqis skont l-Artikolu 36 u l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet u l-alternattivi stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79;

(b) 

l-elementi ta' Grad 1 Addizzjonali tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis tal-elementi msemmija fl-Artikolu 56 u qabel jiġi applikat għalihom l-Artikolu 79, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(c) 

l-elementi ta' Grad 2 tal-istituzzjoni qabel it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 66 u qabel jiġi applikat l-Artikolu 79, li għandhom maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(d) 

kwalunkwe strument kapitali ieħor tal-istituzzjoni b'maturità residwa ta' sena jew iktar, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument b'opzjonijiet espliċiti jew integrati li, jekk jiġu eżerċitati, inaqqsu l-maturità residwa effettiva għal inqas minn sena;

(e) 

kull self u obbligazzjoni oħra garantiti u mhux garantiti b'maturità residwa ta' sena jew iktar, inkluż id-depożiti ta' żmien fiss, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428k sa 428n.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit