+Artikolu 428p Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428p 1.
---+Artikolu 428p 2.
---+Artikolu 428p 3.
---+Artikolu 428p 4.
---+Artikolu 428p 5.
---+Artikolu 428p 6.
---+Artikolu 428p 7.
---+Artikolu 428p 8.
---+Artikolu 428p 9.
---+Artikolu 428p 10.
|
Artikolu 428p Kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428p 1.
|
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jiġi kalkulat billi jiġi multiplikat il-valur ta' kontabbiltà ta' diversi kategoriji jew tipi ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bil-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2. L-ammont totali ta' finanzjament stabbli meħtieġ għandu jkun is-somma tal-ammonti ponderati ta' assi u elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
|
|
Artikolu 428p 2.
|
L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ fejn dawk l-assi huma kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi. L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu ssellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 fejn dawk l-assi mhumiex kontabilizzati fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni iżda l-istituzzjoni ma jkollhiex is-sjieda benefiċjarja tal-assi.
|
|
Artikolu 428p 3.
|
L-assi li l-istituzzjonijiet ikunu sellfu, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli li fuqhom l-istituzzjoni żżomm is-sjieda benefiċjarja għandhom jitqiesu bħala assi aggravati għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu u għandhom ikunu soġġetti għall-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat taħt it-Taqsima 2, anke fejn l-assi ma jibqgħux fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni. Inkella, it-tali assi għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ.
|
|
Artikolu 428p 4.
|
Assi li huma aggravati għal maturità residwa ta' sitt xhur jew aktar għandhom jiġu assenjati jew il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li jkun applikat taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati jew inkella l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li huwa altrimenti applikabbli għal dawk l-assi aggravati, skont liema fattur huwa ogħla. L-istess għandu japplika meta l-maturità residwa tal-assi aggravat tkun iqsar mill-maturità residwa tat-tranżazzjoni li tkun is-sors ta' aggravar. Assi li jkun fadlilhom inqas minn sitt xhur fil-perijodu ta' aggravar, għandhom ikunu soġġetti għall-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati taħt it-Taqsima 2 għall-istess assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati.
|
|
Artikolu 428p 5.
|
Meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li kienet issellfet, inkluż fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli, u dan l-assi ikun kontabilizzat bħala li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, it-tranżazzjoni li fir-rigward tagħha jkun issellef dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala aggravata, dment li t-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi mislufa.
|
|
Artikolu 428p 6.
|
L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:
(a)
assi inklużi f'pool li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li huma disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool titħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati; dawk l-assi għandhom jinkludu l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali; l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-pool ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), billi jibdew mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;
(b)
assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;
(c)
assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert.
|
|
Artikolu 428p 7.
|
F'każ ta' operazzjonijiet mhux standard u temporanji mwettqa mill-BĊE jew il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew f'ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:
(a)
b'deroga mill-punt (f) tal-Artikolu 428ad u mill-punt (a) tal-Artikolu 428ah(1), assi aggravati għall-finijiet tal-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;
(b)
b'deroga mill-punti (d)(i) u (d)(ii) tal-Artikolu 428ad, minn punt (b) tal-Artikolu 428af u minn punt (c) tal-Artikolu 428ag, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika taħt it-Taqsima 2 għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati. Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u għandhom jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ.
|
|
Artikolu 428p 8.
|
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, l-istituzzjonijiet għandhom jeskludu assi li huma assoċjati ma' kollateral li huwa rikonoxxut bħala marġni ta' varjazzjoni mdaħħla f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 428k(4) u 428ah(2), rikonoxxut bħala marġni inizjali mdaħħla, jew rikonoxxut bħala kontribuzzjoni għall-fond ta' inadempjenza ta' CCP f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 428ag minn partijiet oħra tal-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ f'konformità ma' dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 428p 9.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu valuti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tax-xiri fil-kalkolu tal-ammont ta' strumenti finanzjarji ta' finanzjament stabbli meħtieġ. Huma għandhom jeskludu strumenti finanzjarji, valuti barranin u komoditajiet li għalihom tkun saret ordni tal-bejgħ mill-kalkolu tal-ammont ta' finanzjament stabbli meħtieġ, dment li dawk it-tranżazzjonijiet ma jkunux riflessi bħala derivattivi jew tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet u li dawk it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu riflessi fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet meta jiġu saldati.
|
|
Artikolu 428p 10.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex imsemmija f'dan il-Kapitolu biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet iżommu ammont adatt ta' finanzjament stabbli disponibbli għall-porzjon ta' dawk l-iskoperturi li jkunu mistennija li jkunu jeħtieġu finanzjament fuq il-perijodu ta' sena tal-proporzjon ta' finanzjament stabbli nett. Biex jiddeterminaw dawk il-fatturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tad-dannu materjali fir-reputazzjoni lill-istituzzjoni li jista' jirriżulta mill-fatt li ma jipprovdux dan il-finanzjament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw it-tipi ta' skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li għalihom ikunu determinaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ lill-ABE mill-inqas darba fis-sena. F'dak ir-rapport għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-metodoloġija applikata biex tiddetermina dawk il-fatturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|