|
+Artikolu 428p 6. |
Artikolu 428p 6.L-assi li ġejjin ma għandhomx jitqiesu li jkunu aggravati:
(a)
assi inklużi f'pool li jkunu disponibbli għall-użu immedjat bħala kollateral biex jinkiseb finanzjament addizzjonali taħt linji ta' kreditu li huma disponibbli għall-istituzzjoni li jkunu impenjati jew, fejn il-pool titħaddem minn bank ċentrali, dawk mhux impenjati iżda għad mhux finanzjati; dawk l-assi għandhom jinkludu l-assi mqiegħda minn istituzzjoni ta' kreditu mal-istituzzjoni ċentrali f'netwerk kooperattiv jew skema ta' protezzjoni istituzzjonali; l-istituzzjonijiet għandhom jassumu li l-assi fil-pool ikunu aggravati f'ordni ta' likwidità li tiżdied abbażi tal-klassifikazzjoni tal-likwidità skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), billi jibdew mill-assi li mhumiex eliġibbli għar-riżerva ta' likwidità;
(b)
assi li l-istituzzjoni tkun irċeviet bħala kollateral għall-finijiet ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu f'self garantit, finanzjament garantit jew tranżazzjonijiet ta' skambju ta' kollateral u li l-istituzzjoni tista' tiddisponi minnhom;
(c)
assi marbuta bħala kollateralizzazzjoni eċċessiva mhux obbligatorja għall-ħruġ ta' bond kopert. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|