+Artikolu 428q Maturità residwa ta' assi
---+Artikolu 428q 1.
---+Artikolu 428q 2.
---+Artikolu 428q 3.
---+Artikolu 428q 4.

Artikolu 428q Maturità residwa ta' assi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 428q 1.
Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Kapitolu, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont tal-maturità kuntrattwali residwa tal-assi u t-tranżazzjonijiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom meta jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandhom jiġu applikati għall-assi u l-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom taħt it-Taqsima 2.
Artikolu 428q 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw assi li ġew segregati f'konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 f'konformità mal-iskopertura sottostanti ta' dawk l-assi. L-istituzzjonijiet għandhom, madankollu, jissoġġettaw dawk l-assi għal fatturi ogħla ta' finanzjament stabbli meħtieġ skont it-terminu ta' aggravar li għandu jiġi determinat mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom jikkunsidraw jekk l-istituzzjoni hix kapaċi li b'mod liberu tiddisponi minn jew tiskambja tali assi u għandha tqis it-terminu tal-obbligazzjonijiet għall-klijenti tal-istituzzjonijiet li jirrigwardahom dak ir-rekwiżit ta' segregazzjoni.
Artikolu 428q 3.
Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta' assi, l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu kont, abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent jew il-kontroparti ser teżerċita xi opzjoni biex testendi l-maturità ta' assi. Għal opzjonijiet li li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta' fatturi ta' reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b'mod partikolari l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni għandha testendi l-maturità ta' ċerti assi fid-data tal-maturità tagħhom.
Artikolu 428q 4.
Sabiex jiddeterminaw il-fatturi ta' finanzjament stabbli meħtieġa li għandhom jiġu applikati f'konformità mat-Taqsima 2, għall-amortizzazzjoni ta' self b'maturità kuntrattwali residwa ta' sena jew iktar, kwalunkwe porzjon li jimmatura f'inqas minn sitt xhur u kwalunkwe porzjon li jimmatura bejn sitt xhur u inqas minn sena għandu jiġi ttrattat bħala li għandu maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur u bejn sitt xhur u inqas minn sena, rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit