+Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ag Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

Artikolu 428ag

Fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ

L-assi u l-elementi li ġejjin li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 85 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:

(a) 

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala marġni inizjali għal kuntratti ta' derivattivi, sakemm dawk l-assi ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli għal dawk l-assi kieku kellhom jinżammu mhux aggravati;

(b) 

kwalunkwe assi u element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, inkluż flus kontanti, depożitati bħala kontribuzzjoni fil-fond inadempjenti ta' CCP, sakemm dawk ma jiġux assenjati fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ iktar għoli f'konformità mal-Artikolu 428ah jekk ikunu miżmuma mhux aggravati, f'liema każ għandu japplika l-ogħla fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat lill-assi mhux aggravat;

(c) 

self mhux aggravat b'maturità residwa ta' sena jew iktar, minbarra self lil klijenti finanzjarji u self imsemmi fl-Artikoli 428r sa 428af, li ma jkunx sar dovut għal iktar minn 90 ġurnata u li jkunu assenjati ponderazzjoni tar-riskju ta' iktar minn 35 % f'konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;

(d) 

prodotti relatati mal-finanzjament tal-kummerċ li jidhru fil-karta tal-bilanċ, b'maturità residwa ta' sena jew iktar;

(e) 

titoli mhux aggravati b'maturità residwa ta' sena jew iktar li mhumiex inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 u li mhumiex eliġibbli bħala assi likwidi skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(f) 

ekwitajiet mhux aggravati nnegozjati f'kambju li mhumiex eliġibbli bħala assi ta' livell 2B skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);

(g) 

komoditajiet fiżiċi nnegozjati, inkluż deheb iżda esklużi derivattivi ta' komoditajiet;

(h) 

assi aggravati għal maturità residwa ta' sena jew aktar fi grupp ta' kopertura finanzjat minn bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament kif stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit