+Artikolu 428as Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
---+Artikolu 428as 1.
---+Artikolu 428as 2.
|
Artikolu 428as Fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 428as 1.
|
L-assi li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal fattur ta' 0 % ta' finanzjament stabbli meħtieġ:
(a)
assi mhux aggravati li huma eliġibbli bħala assi likwidi ta' kwalità għolja ta' livell 1 skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1), bl-esklużjoni ta' bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna speċifikati f'dak l-att delegat, indipendentement minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali stipulati f'dak l-att delegat;
(b)
ir-riżervi kollha miżmuma mill-istituzzjoni fil-BĊE jew fil-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz, inkluż riżervi meħtieġa u riżervi eċċessivi;
(c)
it-talbiet kollha fuq il-BĊE, il-bank ċentrali ta' Stat Membru jew il-bank ċentrali ta' pajjiż terz li għandhom maturità residwa ta' inqas minn sitt xhur;
(d)
assi li jkunu kategorizzati bħala interdipendenti ma' obbligazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 428f.
|
|
Artikolu 428as 2.
|
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, bil-ftehim tal-bank ċentrali rilevanti, li japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għar-riżervi meħtieġa, billi jitqies, b'mod partikolari, il-punt sa fejn jeżistu r-rekwiżiti tar-riżervi fuq perijodu ta' sena u għalhekk jeħtieġu finanzjament stabbli assoċjat. Għal sussidjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali f'pajjiż terz, fejn ir-riżervi meħtieġa tal-bank ċentrali jkunu soġġetti għal fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla taħt ir-rekwiżit ta' finanzjament stabbli nett stipulat fil-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz, dak il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ ogħla għandu jitqies għall-finijiet ta' konsolidazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|