+Artikolu 483 Anterjorità tal-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat
---+Artikolu 483 1.
---+Artikolu 483 2.
---+Artikolu 483 3.
---+Artikolu 483 4.
---+Artikolu 483 5.
---+Artikolu 483 6.
---+Artikolu 483 7.
---+Artikolu 483 8.
|
Artikolu 483 Anterjorità tal-istrumenti ta’ għajnuna mill-Istat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 483 1.
|
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 26 sa 29, 51, 52, 62 u 63 matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, dan l-Artikolu japplika għall-istrumenti kapitali fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrumenti nħarġu qabel 1 ta’ Jannar 2014;
(b)
l-istrumenti nħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat. Dment li parti mill-istrumenti jkunu sottoskritti privatament, huma jridu jinħarġu qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 u flimkien ma' dawk il-partijiet li huma sottoskritti mill-Istat Membru;
▼C2
(c)
l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE.
Fejn l-istrumenti jkunu sottoskritti kemm mill-Istat Membru kif ukoll minn investituri privati u jkun hemm tifdija parzjali tal-istrumenti sottoskritti mill-Istat Membru, sehem korrispondenti tal-parti tal-istrumenti sottoskritta privatament għandha tingħata anterjorità skont l-Artikolu 484. Meta l-istrumenti kollha sottoskritti mill-Istat Membru jkunu ġew mifdija, l-istrumenti sottoskritti minn investituri privati li jkun fadal għandhom jingħataw anterjorità skont l-Artikolu 484.
|
|
Artikolu 483 2.
|
L-istrumenti li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 minkejja dawn it-tnejn li ġejjin:
(a)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament ma jkunux intlaħqu;
(b)
l-istrumenti nħarġu minn impriża msemmija fl-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament u ma ntlaħqux il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 28 ta' dan ir-Regolament, jew fejn applikabbli, l-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 483 3.
|
L-istrumenti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li ma jikkwalifikawx taħt il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (a) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 minkejja li ma jkunux issodisfati r-rekwiżiti fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu. L-istrumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 skont l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali jew strumenti ta' Grad 2 skont il-paragrafi 5 jew 7.
|
|
Artikolu 483 4.
|
L-istrumenti li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (ca) tal-Artikolu 57 u għall-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali minkejja l-fatt li ma jkunux qegħdin jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 483 5.
|
L-istrumenti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan ir-Regolament li ma jikkwalifikawx taħt il-miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (ca) tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali minkejja li ma jkunux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) ta' dan ir-Regolament, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet tal-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu. L-istrumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew strumenti ta' Grad 2 skont il-paragrafi 3 jew 7.
|
|
Artikolu 483 6.
|
Elementi li kkwalifikaw skont il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punti (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 u għall-Artikolu 66 (1) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 minkejja li l-elementi ma jkunux imsemmija fl-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament jew il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament ma jkunux qegħdin jintlaħqu.
|
|
Artikolu 483 7.
|
L-istrumenti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li ma jikkwalifikawx taħt il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għall-punt (f), (g) jew (h) tal-Artikolu 57 jew għall-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 minkejja li l-elementi ma jissemmewx fl-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament jew ma jkunux issodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ta' dan ir-Regolament, dment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. L-istrumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 skont l-ewwel subparagrafu ma jistgħux jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 jew strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali skont il-paragrafi 3 jew 5.
|
|
Artikolu 483 8.
|
L-istrumenti msemmija fil-paragrafi 3, 5, u 7 jistgħu biss jikkwalifikaw bħala strumenti tal-fondi proprji msemmija f'dawk il-paragrafi meta tkun issodisfata l-kondizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u meta jinħarġu minn istituzzjonijiet li huma inkorporati fi Stat Membru li hu soġġett għal Programm ta' Aġġustament Ekonomiku, u l-ħruġ ta' dawk l-istrumenti jkun maqbul jew eliġibbli taħt dak il-programm.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|