|
+Artikolu 483 1. |
Artikolu 483 1.Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 26 sa 29, 51, 52, 62 u 63 matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, dan l-Artikolu japplika għall-istrumenti kapitali fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrumenti nħarġu qabel 1 ta’ Jannar 2014;
(b)
l-istrumenti nħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli ta' għajnuna mill-Istat. Dment li parti mill-istrumenti jkunu sottoskritti privatament, huma jridu jinħarġu qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 u flimkien ma' dawk il-partijiet li huma sottoskritti mill-Istat Membru;
(c)
l-istrumenti ġew ikkunsidrati kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 107 tat-TFUE. Fejn l-istrumenti jkunu sottoskritti kemm mill-Istat Membru kif ukoll minn investituri privati u jkun hemm tifdija parzjali tal-istrumenti sottoskritti mill-Istat Membru, sehem korrispondenti tal-parti tal-istrumenti sottoskritta privatament għandha tingħata anterjorità skont l-Artikolu 484. Meta l-istrumenti kollha sottoskritti mill-Istat Membru jkunu ġew mifdija, l-istrumenti sottoskritti minn investituri privati li jkun fadal għandhom jingħataw anterjorità skont l-Artikolu 484. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|