+Artikolu 495a Arranġamenti tranżizzjonali għall-iskoperturi ta' ekwità
---+Artikolu 495a 1.
---+Artikolu 495a 2.
---+Artikolu 495a 3.
|
Artikolu 495a Arranġamenti tranżizzjonali għall-iskoperturi ta' ekwità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 495a 1.
|
B'deroga mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 133(3), l-iskoperturi ta' ekwità għandhom jiġu assenjati l-ogħla piż tar-riskju applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024, b'limitu massimu ta' 250 %, u l-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(a)
100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b)
130 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026;
(c)
160 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Diċembru 2027;
(d)
190 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;
(e)
220 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.
|
|
Artikolu 495a 2.
|
B'deroga mit-trattament stabbilit fl-Artikolu 133(4), l-iskoperturi ta' ekwità għandhom jiġu assenjati l-ogħla piż tar-riskju applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 u l-piżijiet tar-riskju li ġejjin:
(a)
100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2025;
(b)
160 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2026;
(c)
220 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2027 sal-31 ta' Diċembru 2027;
(d)
280 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;
(e)
340 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.
|
|
Artikolu 495a 3.
|
B'deroga mill-Artikolu 133, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu jassenjaw l-istess piż tar-riskju li kien applikabbli fit-8 ta’ Lulju 2024 għall-iskoperturi ta' ekwità, inkluż il-parti tal-iskoperturi mhux imnaqqsa mill-fondi proprji f'konformità mal-Artikolu 471 fil-verżjoni ta' dak l-Artikolu applikabbli fis-27 ta' Ottubru 2021, għal entitajiet li qatt ma kienu azzjonist fihom fis-27 ta' Ottubru 2021 għal sitt snin konsekuttivi u li fuqhom, jew flimkien man-network tal-istituzzjonijiet li jappartjenu għalih, jeżerċitaw influwenza jew kontroll sinifikanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/34/UE, jew tal-istandards kontabilistiċi li għalihom istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew b'riżultat ta' relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew network ta' istituzzjonijiet u impriża, jew fejn istituzzjoni jkollha l-kapaċità li taħtar mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali tal-entità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|