+Artikolu 6 Kontroll tal-parteċipazzjoni azzjonarja
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 Kontroll tal-parteċipazzjoni azzjonarja
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew iżżid aktar, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni kwalifikata skont it-tifsira tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’istituzzjoni ta’ pagament, li minħabba f’hekk il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew li minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament issir is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pagament bil-miktub u minn qabel, bl-intenzjoni tagħha. L-istess japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikata, jew li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikata tagħha sabiex il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jaqgħu taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew biex minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament ma tibqax aktar sussidjarja tagħha.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-akkwirent propost ta’ parteċipazzjoni kwalifikata għandu jforni lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni li tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba kif ukoll l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 6 3.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li fejn l-influwenza eżerċitata minn akkwirent propost, kif imsemmi fil-paragrafu 2 x’aktarx li taħdem għad-detriment ta’ ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjoni ta’ pagament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom jew jieħdu miżuri xierqa oħra sabiex tintemm dik is-sitwazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu inġunzjonijiet, penalitajiet kontra diretturi jew il-persuni responsabbli għall-maniġment jew is-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri tal-istituzzjoni ta’ pagament konċernata. Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu informazzjoni minn qabel, kif stipulat f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Jekk tiġi akkwistata parteċipazzjoni minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri, irrispettivament minn kwalunkwe penali oħra li ser tkun adottata, għandhom jipprevedu li jkun sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-votazzjoni korrispondenti, li l-voti mitfugħa jitqiesu nulli jew il-possibbiltà li dawk il-voti jitqiesu nulli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|