+Artikolu 6 1.

Artikolu 6 1.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li takkwista jew iżżid aktar, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni kwalifikata skont it-tifsira tal-punt (36) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f’istituzzjoni ta’ pagament, li minħabba f’hekk il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew li minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament issir is-sussidjarja tagħha, għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dik l-istituzzjoni ta’ pagament bil-miktub u minn qabel, bl-intenzjoni tagħha. L-istess japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikata, jew li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikata tagħha sabiex il-proporzjon tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot miżmuma jaqgħu taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 %, jew biex minħabba f’hekk l-istituzzjoni ta’ pagament ma tibqax aktar sussidjarja tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit