+Artikolu 14 Reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ domiċilju
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.

Artikolu 14 Reġistrazzjoni fl-Istat Membru ta’ domiċilju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku li fih jiddaħħlu dawn li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati u l-aġenti tagħhom;

(b) 

persuni fiżiċi u ġuridiċi, li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33, u, l-aġenti tagħhom, u

(c) 

l-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) li huma intitolati skont il-liġi nazzjonali li jipprovdu servizzi ta’ pagament.

Il-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru tal-Istat Membru ta’ domiċilju jekk dawk il-fergħat jipprovdu servizzi fi Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom.

Artikolu 14 2.
Ir-reġistru pubbliku għandu jidentifika s-servizzi ta’ pagament li għalihom l-istituzzjoni ta’ pagament tkun awtorizzata jew li għalihom l-persuna fiżika jew ġuridika tkun ġiet irreġistrata. L-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati għandhom jiġu elenkati fir-reġistru separatament minn persuni fiżiċi u ġuridiċi li jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament aċċessibbli għal konsultazzjoni, aċċessibbli online, u aġġornat mingħajr dewmien.
Artikolu 14 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu fir-reġistru pubbliku kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni u kull irtirar ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33.
Artikolu 14 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA dwar ir-raġunijiet għall-irtirar ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni u ta’ kwalunkwe eżenzjoni skont l-Artikolu 32 jew 33.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit