+Artikolu 19 Użu ta’ aġenti, fergħat jew entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati attivitajiet
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
|
Artikolu 19 Użu ta’ aġenti, fergħat jew entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati attivitajiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Fejn istituzzjoni ta’ pagament jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizzi ta’ pagament permezz ta’ aġent, hi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-aġent;
(b)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li ser jintużaw mill-aġent sabiex jikkonforma mal-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849, li għandhom jiġu aġġornati mingħajr dewmien fl-eventwalità ta’ bidliet materjali fid-dettalji kkomunikati fin-notifika inizjali;
(c)
l-identità tad-diretturi u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li ser tintuża fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u, għal aġenti minbarra fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, evidenza li huma persuni kompetenti u idonei;
(d)
is-servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament li għalihom jingħata mandat l-aġent u
(e)
jekk applikabbli, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni jew in-numru tal-aġent.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tikkomunika lill- istituzzjoni ta’ pagament dwar jekk l-aġent ikunx iddaħħal jew le fir-reġistru previst fl-Artikolu 14. Mad-dħul fir-reġistru, l-aġent jista’ jibda servizzi ta’ pagament.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Qabel ma jelenkaw l-aġent fir-reġistru, jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li l-informazzjoni li tingħatalhom mhix korretta, huma għandhom jieħdu azzjoni ulterjuri biex jivverifikaw l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Jekk, wara li tkun ittieħdet l-azzjoni biex tiġi vverifikata l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux sodisfatti li l-informazzjoni li tingħatalhom skont il-paragrafu 1 hi korretta, huma għandhom jirrifjutaw li jelenkaw l-aġent fir-reġistru previst fl-Artikolu 14 u għandhom jinformaw lill-istituzzjoni ta’ pagament mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 19 5.
|
Jekk l-istituzzjoni ta’ pagament tixtieq tipprovdi servizzi ta’ pagament fi Stat Membru ieħor billi tingaġġa aġent jew tistabbilixxi fergħa hija għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 28.
|
|
Artikolu 19 6.
|
Meta istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li testernalizza funzjonijiet operattivi ta’ servizzi ta’ pagament, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha, kif meħtieġ. L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operattivi importanti, inkluż sistemi tal-ICT, ma għandhiex titwettaq b'tali mod li tagħmel ħsara materjali lill-kwalità tal-kontroll intern tal-istituzzjoni ta' pagament u l-abbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu monitoraġġ u jirrintraċċaw il-konformità tal-istituzzjoni ta' pagament mal-obbligi kollha stabbiliti f'din id-Direttiva. Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu, funzjoni operattiva għandha tiġi kkunsidrata bħala importanti jekk difett jew nuqqas fit-twettiq tagħha jostakola materjalment il-possibbiltà li istituzzjoni ta’ pagament tkompli tosserva l-konformità ta’ istituzzjoni ta’ pagament mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha mitluba skont dan it-Titolu jew l-obbligi l-oħra tagħha skont din id-Direttiva, il-prestazzjoni finanzjarja tagħha, is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi ta’ pagament tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta istituzzjonijiet ta’ pagament jesternalizzaw funzjonijiet operattivi importanti, l-istituzzjonijiet ta’ pagament jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-esternalizzazzjoni ma għandhiex tirriżulta fid-delega minn amministrazzjoni għolja tar-responsabbiltajiet tagħha;
(b)
ir-relazzjoni u l-obbligi tal-istituzzjoni ta’ pagament lejn l-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħha skont din id-Direttiva ma għandhomx jinbidlu;
(c)
il-kundizzjonijiet li magħhom l-istituzzjoni ta’ pagament għandha tikkonforma sabiex tkun awtorizzata u biex tibqa’ awtorizzata skont dan it-Titolu ma għandhomx jiġu mminati;
(d)
l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet l-oħra li għalihom tkun soġġetta l-awtorizzazzjoni li tkun ingħatat lill-istituzzjoni ta’ pagament ma għandha titneħħa jew tiġi modifikata.
|
|
Artikolu 19 7.
|
L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jiżguraw li aġenti jew fergħat li jkunu qed jaġixxu f’isimhom jinformaw lill-utenti ta’ servizzi ta’ ħlas b’dan.
|
|
Artikolu 19 8.
|
L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom mingħajr dewmien bla bżonn kwalunkwe tibdil fir-rigward tal-użu ta’ entitajiet li lilhom jiġu esternalizzati attivitajiet u f’konformità mal-proċedura provduta fil-paragrafi 2, 3 u 4 aġenti, inkluż aġenti addizzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|