|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.Fejn istituzzjoni ta’ pagament jkollha l-ħsieb li tipprovdi servizzi ta’ pagament permezz ta’ aġent, hi għandha tikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:
(a)
l-isem u l-indirizz tal-aġent;
(b)
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern li ser jintużaw mill-aġent sabiex jikkonforma mal-obbligi fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont id-Direttiva (UE) 2015/849, li għandhom jiġu aġġornati mingħajr dewmien fl-eventwalità ta’ bidliet materjali fid-dettalji kkomunikati fin-notifika inizjali;
(c)
l-identità tad-diretturi u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-aġent li ser tintuża fil-forniment ta’ servizzi ta’ pagament u, għal aġenti minbarra fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, evidenza li huma persuni kompetenti u idonei;
(d)
is-servizzi ta’ pagament tal-istituzzjoni ta’ pagament li għalihom jingħata mandat l-aġent u
(e)
jekk applikabbli, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni jew in-numru tal-aġent. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|