+Artikolu 37 Projbizzjoni ta’ persuni għajr fornituri ta’ servizzi ta’ pagament milli jipprovdu servizzi ta’ pagament u d-dmir ta’ notifika
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
|
Artikolu 37 Projbizzjoni ta’ persuni għajr fornituri ta’ servizzi ta’ pagament milli jipprovdu servizzi ta’ pagament u d-dmir ta’ notifika
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li la huma fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u lanqas ma huma esklużi espliċitament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva milli jipprovdu servizzi ta’ pagament.
|
|
Artikolu 37 2.
|
L-Istati Membri għandhom jesiġu li fornituri ta’ servizz li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-punt (k) tal-Artikolu 3 jew li jwettqu ż-żewġ attivitajiet li għalihom il-valur tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa fuq it-12-il xahar preċedenti jeċċedi l-ammont ta’ EUR 1 miljun, jibagħtu notifika lill-awtoritajiet kompetenti li jkun fiha deskrizzjoni tas-servizzi offruti, u li tispeċifika taħt liema eżenzjoni msemmija fil-punt (k)(i) u (ii) tal-Artikolu 3 l-attività tkun meqjusa li twettqet. Fuq il-bażi ta’ dik in-notifika, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni motivata kif dovut fuq il-bażi ta’ kriterji msemmijin fil-punt (k) tal-Artikolu 3 fejn l-attività ma tikkwalifikax bħala netwerk limitat, u tgħarraf lill-fornitur tas-servizz dwar dan.
|
|
Artikolu 37 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li fornituri ta’ servizz li jwettqu attività msemmija fil-punt (l) tal-Artikolu 3 jibagħtu notifika lill-awtoritajiet kompetenti u jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti opinjoni tal-awditjar annwali, li turi li l-attività tikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-punt (l) tal-Artikolu 3.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Minkejja l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EBA dwar is-servizzi notifikati skont il-paragrafi 2 u 3, waqt li jispeċifikaw taħt liema esklużjoni qed titwettaq l-attività.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Id-deskrizzjoni tal-attività nnotifikata taħt il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli pubblikament fir- reġistri previsti fl-Artikoli 14 u 15.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|