+Artikolu 44 Informazzjoni ġenerali minn qabel
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
|
Artikolu 44 Informazzjoni ġenerali minn qabel
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1.
|
L-Istati Membri għandhom jitolbu li qabel ma l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jintrabat b’kuntratt jew offerta ta’ servizz ta’ pagament uniku, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament jagħmel disponibbli lill-utent tas-servizzi ta’ pagament b’mod li jkun aċċessibbli faċilment l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45 fir-rigward tas-servizzi tiegħu. Fuq it-talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet bil-miktub jew fuq mezz durevoli ieħor. L-informazzjoni u l-kundizzjonijiet għandhom jingħataw fi kliem li jinftiehem faċilment u f’forma ċara u li tista’ tiftiehem, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun offrut is-servizz ta’ pagament jew fi kwalunkwe lingwa oħra maqbula mill-partijiet.
|
|
Artikolu 44 2.
|
Jekk il-kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament uniku jkun ġie konkluż fuq talba tal-utent ta’ servizzi ta’ pagament bl-użu ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dak il-paragrafu immedjatament wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.
|
|
Artikolu 44 3.
|
L-obbligi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu wkoll jiġu rispettati bil-forniment ta’ kopja tal-abbozz tal-kuntratt ta’ servizz ta’ pagament uniku jew l-abbozz tal-ordni ta’ pagament inkluż l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|