+KAPITOLU 2 Tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi
---+Artikolu 43 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 43 1.
------+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 44 Informazzjoni ġenerali minn qabel
------+Artikolu 44 1.
------+Artikolu 44 2.
------+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 45 Informazzjoni u kundizzjonijiet
------+Artikolu 45 1.
------+Artikolu 45 2.
------+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 46 Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagament
---+Artikolu 47 Informazzjoni għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur fl-eventwalità ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament
---+Artikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament
---+Artikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

KAPITOLU 2 Tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi

KAPITOLU 2 Tranżazzjonijiet ta’ pagament uniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 Kamp ta’ applikazzjoni -
Artikolu 44 Informazzjoni ġenerali minn qabel -
Artikolu 45 Informazzjoni u kundizzjonijiet -
Artikolu 46 Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagament

Artikolu 46

Informazzjoni għall-pagatur u għall-benefiċjarju wara l-bidu ta’ ordni ta’ pagament

Minbarra l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 45, meta ordni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu, immedjatament wara l-bidu, jipprovdi d-data kollha li ġejja lill-pagatur u, fejn applikabbli, lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli għalihom:

(a) 

konferma tal-bidu b’suċċess tal-ordni ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur;

(b) 

referenza li tippermetti lill-pagatur u lill-benefiċjarju jidentifikaw it-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn xieraq, lill-benefiċjarju jidentifika l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(c) 

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(d) 

meta applikabbli, l-ammont ta’ kwalunkwe imposta pagabbli lill-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għat-tranżazzjoni, u meta applikabbli analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti.

Artikolu 47 Informazzjoni għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur fl-eventwalità ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament

Artikolu 47

Informazzjoni għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont tal-pagatur fl-eventwalità ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament

Meta ordni ta’ pagament tinbeda permezz tal-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, dan għandu jagħmel ir-referenza tat-tranżazzjoni ta’ pagament disponibbli għall-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur li jġestixxi l-kont.

Artikolu 48 Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

Artikolu 48

Informazzjoni għall-pagatur wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament

Immedjatament wara r-riċevuta tal-ordni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi tal-pagament tal-pagatur għandu jipprovdi jew jagħmel disponibbli lill-pagatur, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

(a) 

referenza li tippermetti lill-pagatur jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, meta jkun xieraq, informazzjoni dwar il-benefiċjarju;

(b) 

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta użata fl-ordni ta’ pagament;

(c) 

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-pagatur u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammonti ta’ tali imposti;

(d) 

fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew referenza għal din, meta tkun differenti mir-rata prevista skont il-punt (d) tal-Artikolu 45(1), u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament wara l-kambju f’dik il-valuta;

(e) 

id-data tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament.

Artikolu 49 Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

Artikolu 49

Informazzjoni għall-benefiċjarju wara l-esekuzzjoni

Immedjatament wara l-esekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju, jew jagħmel disponibbli lill-benefiċjarju, bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 44(1), id-data kollha li ġejja fir-rigward tas-servizzi tiegħu:

(a) 

referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u, fejn ikun xieraq, il-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;

(b) 

l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha l-fondi jkunu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju;

(c) 

l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament pagabbli mill-benefiċjarju u, meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti;

(d) 

meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;

(e) 

id-data tal-valur tal-kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit