+Artikolu 55 Terminazzjoni
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
---+Artikolu 55 4.
---+Artikolu 55 5.
---+Artikolu 55 6.

Artikolu 55 Terminazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1.
L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jtemm il-kuntratt qafas fi kwalunkwe ħin, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu fuq perijodu ta’ avviż. Tali perijodu ma għandux ikun itwal minn xahar.
Artikolu 55 2.
It-terminazzjoni tal-kuntratt qafas għandha tkun mingħajr ħlas għall-utent ta’ servizzi ta’ pagament għajr fejn il-kuntratt ikun ilu fis-seħħ anqas minn sitt xhur. L-imposti, jekk ikun hemm, għat- terminazzjoni tal-kuntratt qafas għandhom ikunu xierqa u konsistenti mal-ispejjeż.
Artikolu 55 3.
Jekk miftiehem fil-kuntratt qafas, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jittermina l-kuntratt qafas konkluż għal perijodu indefinit billi jagħti avviż mill-inqas xahrejn qabel bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1).
Artikolu 55 4.
Imposti għas-servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom ikunu pagabbli mill-utent ta’ servizzi ta’ pagament biss proporzjonalment sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk tali imposti jitħallsu bil-quddiem, huma għandhom jitħallsu lura proporzjonalment.
Artikolu 55 5.
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jirregolaw id-drittijiet tal-partijiet li jiddikjaraw li l-kuntratt qafas ma jistax jiġi infUrzat jew huwa null.
Artikolu 55 6.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-utenti ta’ servizzi ta’ pagament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit