+Artikolu 58 Informazzjoni għall-benefiċjarju dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
|
Artikolu 58 Informazzjoni għall-benefiċjarju dwar tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
Wara l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jipprovdi lill-benefiċjarju mingħajr dewmien bla bżonn bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 51(1) l-informazzjoni kollha li ġejja:
(a)
referenza li tippermetti lill-benefiċjarju jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament u l-pagatur, u kwalunkwe informazzjoni trasferita mat-tranżazzjoni ta’ pagament;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament fil-valuta li fiha jiġi kkreditat il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju;
(c)
l-ammont ta’ kwalunkwe imposta għat-tranżazzjoni ta’ pagament, u meta applikabbli, analiżi dettaljata tal-ammont ta’ tali imposti, jew l-imgħax pagabbli mill-benefiċjarju;
(d)
meta applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju, u l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament qabel dak il-kambju tal-valuta;
(e)
id-data tal-valur tal-kreditu.
|
|
Artikolu 58 2.
|
Kuntratt qafas jista’ jinkludi kundizzjoni li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pprovduta jew issir disponibbli perijodikament, mill-inqas darba fix-xahar u b’mod miftiehem li jippermetti lill-benefiċjarju jaħżen u jirriproduċi informazzjoni mingħajr tibdil.
|
|
Artikolu 58 3.
|
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdu informazzjoni fuq il-karta jew fuq mezz durevoli ieħor mhux inqas minn darba fix-xahar, mingħajr ħlas.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|